“Ma ninsew qatt” - iben li familtu kellha l-Interdett

  • Nov 10, 2019 11:56
  • Miktub minn iNews
"

    IT-TORĊA tkellmet ma’ persuna, li xtaqet li nżommu l-identità tagħha mistura, dwar dak li għaddiet minnu familtu fiż-żmien tal-Interdett. Persuna li spiċċa telaq minn pajjiżna minħabba dak li għadda minnu. Nistaqsuh, bħala persuna li ġej minn familja li kellha l-interdett, kif iħares lejn l-azzjoni ta’ Mons Arċisqof Charles Scicluna. Jgħidilna li “jen minn Ħal Lija. Nafu sew. Naf bil-kontroversji li nqalgħu b’diskors li għamel. Meta rajtu ibierek l-oqbra ta' missirijietna ma weġgħani xejn anzi - komplejt nikkonvinċi ruħi f’dak li nemmen. Aħna sofrejna għax ridna lil Malta tkun stat sovran u nies oħra ħadmu kontra għax riedu Malta taħt l-Istat tal-Vatikan. Ngħidlek id-dritt dħakt meta rajtu jbierek. Għalija teatrini. 

    Kelli biss tmien snin għax mort festin tal-Milied, keċċieni mill-qrar - ċaħduni mis-sagramenti. Il-Buluttin tant dam fuq il-gwardarobba li rabba trab. Immaġina tara lil ommok tibki għax kienet qaddisa imma Mintuffjana - immaġina x’kienet tħoss meta jbierku u jaqbiżha. Immaġina x’kienet tħoss meta jmiss li iġibu d-Duluri u lilha jaqbżuha. Meta misierek jitneħħa minn CID u jneżżawh. Immaġina tisma’ lil missierek jgħid dan lil ommok u jgħidilha li jekk ma jagħmilx li jgħidulu joqtlulu lil familja bil-ġuħ. Ġrew wara oħti tqila jiġbdulha xaharha.”

    Jgħidilna li “immaġina bħal tifel tkun l-aqwa fl-iskola tgħaddi għal San Alwiġi u għax missieri għandu timbru ma jdaħħlunix hemm. Dan hu ftit minn dak li għaddejna minnu. Hemm disa’ ħuti oħra li kollha sofrejna. Imma bqajna suldati tal-azzar. Jien emigrajt għax ma flaħtx fl-1987 li nerġa’ ngħaddi minn dak kollu. Ġejt l-Awstralja. Ġejt hawn studjajt u sirt għalliem u komplejt l-istudju għal artist. Ftaħt l-iskola Maltija u ferrixtha. Ippruvajt nagħti cans lil dawn imma xitan ma jaħmilx anke hawn sibthom. Jien għadni difensur tal-Istat Malti għax nemmen dak biss jista’ jwassalna fit-triq li nkunu bħan-nies. Xejn kontra reliġjon għax nemmen li kulħadd għandu dritt jemmen li jrid. Edukajt ħafna nies f’ħajti. Siġra tagħrafha mill-frott tagħha”.

    Jisħaq li “għalija personali dħakt għax jien morlament konvent li ma kines hemm  maturità f’dak li sar.  Kif jgħid il-Malti l-eżempju ikaxkar. imma li għamel ma jkaxkarx attitudni solenni għal dawk li sofrew taħt id-dnub il-mejjet u l-interdett. Aħna ġejna misħutin għall-infern ta' nar ta' dejjem. Dawk misħuta ġew ikkundannati u hemm turi kemm kienet kiefra il-Knisja ma min ma jaqbilx magħha. Bħal Saydon u ħafna oħrajn.  Kellek skomunikazzjoni, eżilju, firda fost l-aħwa. Mibegħda bejn miżżewġin. Aħna l-valuri tagħna huma bħal valuri ta' Kristu, ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek u lil Alla b’qalbek kollha. Jekk verament ried juri solidarjetà  naħseb li l-ewwel li ma jrid jagħmel hu li ma jħalli lil ebda qassis jindaħal fil-politika partiġġjana.  Fuq il-pulptu għandhom jispjegaw il-kelma t'Alla u xejn iktar. X’jagħmel l-Istat hu xogħol dawk li nelleġġu. X’tagħmel il-Knisja hu tal Knisja. Dak li hu t'Alla agħtih lil Alla dak li hu tal-poplu u gvern agħtih dak li jixraq. Għalxejn jitfa’ qtar tal-ilma meta Alla jibgħat xita hemm. Messu  jikteb l-istorja vera x’għamlet il-Knisja fuq irħama.  Minkejja dak li sar, xorta sirt nies grazzi għal missieri li rabbieni soċjalist moderat. Lil missieri Mintoff għax urieni triq u lil Alla bħal missier li tagħni dehen biex nagħraf bejn dak li hu ħażin u tajjeb”. 

    Imma lest li tinsa, dan l-episodju?

    Għal din id-domanda jgħidilna li “le qatt anzi għandha tiġi edukata u mfakkra fil-kotba tal-iskola Bħalma qatt m’għandek tinsa x’ġara fiż-żminijiet ta’ qabel.   Ħasra li kontroversja spiċċat kontra Vassalli u oħrajn għax riedu jedukaw lill-poplu bħal ma ġara lil Manwel Dimech u l-istess Mintoff.  Le qatt ma għandha tiġi minsija għax il-poplu sofra. Il-ħelsien għadu mhux komplut.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0