“Il-pjan ekonomiku ta’ dan il-Gvern qed jirnexxi u dan qalitu l-Kummissjoni Ewropea nnifisha.” Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat f’kollegament telefoniku llum. Il-Prim Ministru Muscat tenna li l-Kummissjoni Ewropea qalet li t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea se jkun inqas minn dak imbassar, b’Malta din is-sena mistennija li jkollha t-tieni l-akbar tara ta’ tkabbir. “Iżda l-Kummissjoni Ewropea qed tbassa li Malta imbagħad ikollha l-akbar rata ta’ tkabbir għas-sentejn li ġejjin. Dawn huma żewġ targets importanti ħafna,” tenna l-Prim Ministru Muscat.
B’referenza għall-Oppożizzjoni min-naħa l-oħra huwa qal li l-Oppożizzjoni m’għandhiex idea xi tfisser konsistenza.
Saħaq li l-Oppożizzjoni “kostantement tbiddel il-pożizzjoni tagħha fejn tgħid li l-istituzzjonijiet huma hijacked mill-Gvern, imbagħad tirrinunzja mir-rappreżentanza tagħha fl-istess istituzzjonijiet biex iżżomm lill-Gvern responsabbli.”
Fl-istess waqt qal li dan huwa l-inqas gvern li għandu setgħa fuq l-istituzzjonijiet meta wieħed iqis li Prim Ministri preċedenti setgħu jaħtru Imħallfin li min riedu huma.
“Jien min-naħa l-oħra rrid noqgħod fuq rapport magħmula minn Kummissjoni komposta mill-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Awditur, l-Ombudsman u l-President tal-Kamra tal-Avukati.” Saħaq li fil-preżent żgur li hemm aktar checks and balances milli kien hemm qabel.
Saħaq li dan mhux Gvern li jissuppervja “u se nkomplu nagħmlu r-riformi li hemm bżonn għax issa nafu li jekk ma jagħmilhomx dan il-Gvern ir-riformni allura ma jagħmilhom ħadd.”
Intant il-Partit Nazzjonalista qal li taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat “l-istituzzjonijiet inħakmu minn forzi u min-nies li qegħdin jinjoraw il-ġid komuni u qegħdin jaħdmu għall-konvenjenza politika.” Il-PN żied jgħid li l-istituzzjoni li suppost qegħdin hemmhekk biex iħarsu l-interessi tal-poplu, minflok qegħdin jaħdmu biex iħarsu l-interessi tal-ftit.
Il-PN temm jgħid li “aktar minn qatt qabel qed tinħass il-ħtieg?a li jkun hawn bidla fil-ħidma tal-istituzzjonijiet sabiex titħares it-trasparenza, tissaħħaħ il-meritokrazija u jitwaqqaf għal dejjem it-tnawwir sistematiku tagħhom.”
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.