Pensjonijiet ta’ fuq il-post tax-xogħol u għażliet ta’ skemi ta’ investiment diskussi waqt seminar minn MAPFRE MSV Life

  • Nov 08, 2019 12:34
  • Miktub minn iNews
"

    MAPFRE MSV Life organizzat seminar dwar l-iskema ta’ pensjonijiet fuq il-post tax-xogħol u l-għażliet ta’ investiment, waqt li preżentat għall-ewwel darba l-iskema tal-pensjonijiet  

    MAPFRE MSV Life WorkSave Pension Scheme.Is-seminar ġie organizzat b'kollaborazzjoni ma’ Fidelity International, kumpanija internazzjonali li toffri servizzi ta’ immaniġjar ta’ fondi reċiproċi, pensjonijiet u pjattaformi ta’ fondi lil investituri privati u istituzzjonali.

    F’Indirizz lill-parteċipanti, David G. Curmi, Uffiċjal Kap ta’ MAPFRE MSV Life,  enfasizza l-importanza li wieħed ifaddal b’mod tajjeb u għaqli għal meta jiġi biex jitira.

    "Ħafna nies m’għandhomx għarfien biżżejjed dwar l-importanza ta’ tfaddil għall-irtirar jew għandhom it-tendenza li dejjem jippostponu għal aktar tard,” qal is-Sur Curmi. “ Ħafna nies, kemm żgħażagħ u dawk ikbar fl-eta, jemmnu li l-pensjonijiet huma xi ħaġa li wieħed jaħseb dwarha aktar tard fil-ħajja u għalhekk, jagħżlu li jippostponu ċertu deċiżjonijiet,” żied jgħid. “Dan jista’ jkun minħabba nuqqas ta' għarfien dwar kif jaħdmu s-sistemi tal-pensjoni, u dan iżid ir-riskju li wieħed jirrealizza tard wisq li l-pensjoni tiegħu mhix se tkun biżżejed biex tiżgura livell ta’ għajxien kif mixtieq matul is-snin tal-irtirar.” F’dan il-kuntest, is-Sur Curmi enfasizza l-importanza li wieħed jibda jfaddal kmieni u regolarment, filwaqt li fakkar li l-pensjoni mhux biss tiddependi fuq kemm in-nies ifaddlu, imma liema klassi u skema jagħżlu.

    Parth Soneji, Solution Designer, u Isabella Labek, Client Portfolio Manager ta’ Fidelity International ukoll indirizzaw dan is-seminar. Huma tkellmu dwar ir-rata ta’ tfaddil annwali li hija meħtieġa biex tinkiseb rata ta’ sostituzzjoni tad-dħul mixtieqa fl-irtirar u diversi fatturi ta’ tfaddil li jistgħu jgħinu individwi. Huma preżentaw fid-detall l-iskema Fidelity Target (Euro) Funds, fejn l-investiment ikun f'konformità maż-żmien sal-maturità u b’hekk wieħed għandu l-għażla ta’ skema li hija marbuta ma’ skemi ta’ pensjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

    Is-seminar kien indirizzat ukoll minn Michael Galea, Uffiċjal Kap għall-Iżvilupp tan-Negozju ta’ MAPFRE MSV Life, li ppreżenta fid-dettal l-iskema tal-Pensjoni MAPFRE MSV Life WorkSave u enfasizza li din hija l-ewwel skema volontarja li se tkun disponibbli fis-suq Malti. Is-Sur Galea spjega li MAPFRE MSV Life se tkun qedtaħdem mill-qrib ma’ min iħaddem biex jgħinhom jistrutturaw din l-iskema WorkSave Pension Scheme biex b’hekk tissodisfa l-oġġettivi tagħhom bl-għan li tgħinhom fl-istrateġiji tagħhom, biex b’hekk isiru impjegaturi tal-għażla.

    “L-Iskema WorkSave Pension hija strutturata b’mod li min iħaddem jista’ jagħżel kif jixtieq l-iskema u offruta b’mod li tgħin lill-individwi jindirizzaw kwistonijiet li jipprevenuhom milli jfaddlu. Dawn l-għażliet jinkludu Fidelity Target (Euro) Funds u aktar strateġiji konservattivi minn diversi pjattaformi li aħna marbutin magħhom,” qal is-Sur Galea.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0