Tarbija abbandunata fi sptar f’Turin

  • Nov 07, 2019 15:28
  • Miktub minn iNews
"

    Il-midja Taljana qiegħda tirrapporta li tarbija tat-twelid b’kundizzjoni rari fejn ma tistax tkun esposta direttament għax-xemx, allegatament ġiet abbandunata fi sptar f’Turin.

    Ingħad illi t-tarbija, li għandha erba’ xhur u li jisimha Giovannino, għandha l-“harlequin ichthyosis”, kundizzjoni ġenetika li tikkawża ġilda niexfa.

    L-infermiera ilhom jieħdu ħsiebu sa minn meta twieled, f’Awwissu, imma jista’ jkun hemm bżonn li jitlaq mill-isptar fil-ġimgħat li ġejjin. Mhux ċar għalfejn il-ġenituri ma jistgħux jġu kkuntattjati jew għaliex ma rritornawx biex jiġbru lil Giovannino. 

    “Ma nafx x’inhi r-raġuni, l-unika ħaġa ċerta hi li dan it-tifel ġie abbandunat,” qalet waħda mill-infermiera li qed jieħdu ħsieb it-tarbija fl-Isptar Sant’Anna bil-kundizzjoni li tibqa’ anonima meta tkellmet mal-ġurnal La Stampa tal-Italja.

    L-awtoritajiet tal-pajjiż irrapportaw li jinsabu konxji tas-sitwazzjoni u kienu qed jippruvaw jikkuntattjaw lill-ġenituri tat-tarbija. Fil-frattemp qiegħdin ukoll iħarsu lejn dar temporanja għal Giovannino, madanakollu l-kundizzjoni tiegħu tirrikjedi li jingħata kura speċjali.

    Giovannino bħalissa qiegħed jinżamm fit-taqsima ta’ kura intensiva għat-trabi tat-twelied fl-imsemmi sptar. Huwa qiegħed jinżamm ‘il bogħod mix-xemx u qed jiġi kkurat b’moisturiser diversi drabi kuljum.

    “Huwa tifel ħelu li jitbissem u jħobb jiġi mdawwar madwar mas-sala,” qalet il-Kap tat-Taqsima lil La Repubblica. “Huwa kuntent ukoll meta xi ħadd isemmgħu l-mużika.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0