“Ippremjaw lil min juża l-aħjar teknoloġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-karozzi” - Miriam Dalli

  • Nov 07, 2019 11:15
  • Miktub minn iNews
"

    Jeħtieġ li t-testijiet magħrufa bħala ‘Real Driving Emissions’ (RDE) dwar l-emissjonijiet mill-karozzi jkunu aktar stretti biex b’hekk il-manifattura tal-karozzi tkun verament konformi mal-istandards tal-emissjonijiet.

    Dan qalitu l-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Miriam Dalli waqt li kienet qed tindirizza l-kumitat ambjentali tal-Parlament Ewropew.

    Il-kumitat kien qed jiddiskuti r-regolamenti li jistabbilixxu l-limiti ta' emissjonijiet li jniġġsu u li huma regolati, b'mod partikolari l-ossidu tan-nitroġenu (NOx). Filwaqt li hemm limiti li huma stabbiliti, il-manifattura tal-karozzi ngħatat ‘l hekk msejħa “fatturi ta' konformità”. Dan wassal biex karozza misjuqa fit-triq tniġġes aktar mil-livelli li ġew mkejla fil-laboratorji.

    Skont il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tali miżuri ta' konformità huma illegali. 

    “Huwa sempliċement inaċċettabbli li tkun introdotta liġi sekondarja li tippermetti lill-karozzi jniġġsu aktar mil-livelli stabbiliti. Li tipprova tilleġittimizza dan huwa kundanabbli,” qalet Miriam Dalli, li qed tmexxi n-negozjati f'isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D).

    “Din hija l-opportunità tagħna bħala Parlament Ewropew li nagħmlu xi ħaġa dwar l-arja mniġġsa tal-Ewropa. It-teknoloġija hija disponibbli u l-leġiżlazzjoni għandha tippremja lil dawk il-manifatturi tal-karozzi li jagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġija eżistenti.”

    Is-sejħiet għal kontrolli aktar stretti issaħħew wara l-iskandlu ‘Dieselgate’, meta manifattur Ġermaniż instab li kien iqarraq biex il-vetturi li kien qed jipproduċi jiddikkjaraw emissjonijiet aktar baxxi. 

    Barra minn hekk, minkejja l-emissjonijiet tossiċi li d-dijżil jipproduċi, il-livelli ta’ NOx stabbiliti għall-karozzi li jaħdmu bid-dijżil huma ogħla meta mqabbla mal-livelli stabbiliti għall-karozzi li jaħdmu bil-petrol.

    "Il-limiti ta' NOx għal karozzi dijżil għadhom aktar għoljin minn dawk li jaħdmu bil-petrol. L-aħħar ħaġa li l-ambjent tagħna għandu bżonn hu li jinkitbu mill-ġdid il-limiti oriġinali ta' NOx," qalet Miriam Dalli. 

    "L-UE imissha tinċentiva lill-manifatturi biex isegwu dawn l-istandards u mhux tgħinhom biex iniġġsu aktar mil-limiti stabbiliti. M’għandhomx jiġu aċċettati, jew agħar minn hekk, validati, skużi oħra li huma ta' detriment għas-saħħa pubblika taċ-ċittadini tagħna.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0