Turi d-dispjaċir tagħha għax in-nies jieqfu jieħdu s-selfies u jibqgħu sejrin bla ma jixtru

  • Nov 02, 2019 18:36
  • Miktub minn iNews
"

    Tiffany Fixter, sidt ristorant fl-Istati Uniti qiegħda xxerred l-appell tagħha biex il-pubbliku jgħina tkompli tirrealizza l-ħolma tagħha. Il-mara li għandha 35 sena kienet taħdem bħala għalliema sakemm iddeċidiet li tiftaħ dan ir-ristorant u  timpjega persuni b’diżabbiltà.

    Ir-ristorant li jiffoka l-aktar fuq il-pizza fetaħ f’Diċembru li għadda u skont l-istess Fixter jidher li l-ewwel xhur xejn ma kienu sbieħ b’ħafna jkunu dawk li jieqfu, jikkummentaw jew saħansitra jinsulentaw il-ħaddiema u jibqgħu sejrin.

    Kollox inbidel meta ġurnalist ġab l-istorja tagħha fuq il-midja. Hija spjegat li l-bejgħ “sploda ’l fuq” meta folol ta’ nies bdew iżuru l-post, jieħdu ritratt u jxerrduh fuq il-midja soċjali biex jikkonfermaw is-sehem tagħhom. Fixter żiedet tgħid li kienet wisq sodisfatta li kienet qiegħda tkompli tħaddem aktar nies. 

    Minkejja dan, il-mara tinsab deluża li din l-attitudni damet biss ftit ġranet għax issa ħafna huma dawk li qegħdin jieqfu jieħdu selfie biex juru li waslu sal-post u jibqgħu sejrin bla ma jixtru xejn.

    Hija temmet tgħid li l-ikel huwa rħis u li kulħadd jaffordja jieħu biċċa pizza u fl-istess ħin ikun qiegħed jgħin għal kawża ġusta u jieħu xi ħaġa tajba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0