Iltaqa' mal-Familja Addams f'Malta

  • Nov 02, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-biljetti għall-ispettaklu mużikali tant mistenni għas-sena 2020 jistgħu jinxtraw mill-lum. “The Addams Family: A New Musical Comedy” ser isir nhar is-7 u 8 ta’ Marzu ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. 

    Sewwa qrajtu! Il-familja favorita ta’ bosta ser issib ruħha ġewwa Malta għall-dan il-musical mimli daħq u mużika mill-aqwa. Miktub mill-istess nies li tawna il-musical “Jersey Boys” li kiseb tant unuri ġewwa Londra u Broadway, b’mużika u lirika ta’ Andrew Lippa (li kien anke nominat għal Tony Award), il-Familja Addams, Familja Leġġendarja li ħafna minnha trabbew magħhom, ser tingħata l-ħajja ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi f’Marzu li ġej.

    L-istorja tlaqqagħna ma’ Wednesday Addams (Nadia Vella), mlaqqma minn ħafna bħala il-Prinċipessa tad-Dlamijiet, li issa kibret u qed iġġorr sigriet li jafu biss Gomez (Roger Tirazona). Wednesday sabet l-imħabba f’ġuvni gustuż li ġej minn familja rispettabbli. Bl-għażiża tiegħu Morticia (Nikki Vella) mingħajr ebda ħjiel ta’ dan is-sigriet, tgħid Gomez jirnexxielu jżomm dan is-sigriet mistur sakemm iż-żewġ familji jiltaqgħu għal ikla movimentata b’konsegwenzi tad-daħq! F’Marzu li ġej, ingħaqdu magħhom, flimkien maz-Ziju Fester, Lurch, ma’ Pugsley, man-Nanna u mal-antenanti mejtin tagħhom, għal storja ħelwa ta’ mħabba, ta’ sens ta’ familja u ta’ ħbiberija...b’dik id-daqsxejn ta’ twist.

    B’orkestra live u b’mużika oriġinali, huwa garantit li dan l-ispettaklu ser jinżel tajjeb kemm jekk għandek 12-il sena, u kemm jekk għandek 312!

    Din il-produzzjoni qed tittella’ minn ARTHAUS, bid-Direzzjoni Artistika ta’ Lucienne Camilleri, filwaqt li d-Direzzjoni Mużikali hija f’idejn Ryan Paul Abela. Stefania Grech Vella hija l-Produttriċi Eżekuttiva.

    Il-biljetti jinkisbu mis-sit www.addams.mt – fejn bħalissa hemm ukoll offerta early-bird, bil-biljetti jinbiegħu b’10% skont.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0