L-Iskwadra ta' kontra d-Droga rnexxielha tkisser ċirku ta' traffikar ta' droga... Arrestat ġuvni ta' 22 sena

  • Ott 23, 2019 20:17
  • Miktub minn iNews
"

    Wara diversi jiem ta' osservazzjoni, l-Iskwadra ta' kontra d-Droga rnexxielha tkisser ċirku ieħor ta' traffikar ta' droga hekk kif ilbieraħ ġie imwaqqaf ġuvni ta’ 22 sena, residenti Ħal Tarxien.

    Wara tfittxija ġewwa l-vettura li huwa kien qiegħed isuq u ġo garaxx sitwat fil-lokalita’ tax- Xgħajra, li huwa taħt il-kontroll tal-istess ġuvni, instabu diversi pakketti tal-plastic li kien fihom madwar disa’ kilogrammi ta’ ħaxixa tal-Cannabis lesta ghal-ispaċċ.

    Tfajla ta’ 23 sena minn Bormla, qed tinżamm mil-Pulizija sabiex tgħin fl-investigazzjonijiet. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr D Clarke LLD ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

    Għada, il-ġuvni mistenni jitressaq l-Qorti b'arrest quddiem il-Maġistrat Dr A Demicoli LLD akkużat fost oħrajn bil-pussess mhux għal-użu personali tal-Pjanta Cannabis, kollha jew parti minnha. Mhux eskluż li t-tfajla titressaq ukoll b'akkużi simili.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0