Laqgħat ta’ informazzjoni dwar karrieri fil-bejgħ tal-proprjetà

  • Ott 23, 2019 12:32
  • Miktub minn iNews
"

    Għal dawk li forsi qegħdin jaħsbu biex jibdew karriera fil-bejgħ tal-proprjetà, Frank Salt Real Estate qiegħed jorganizza żewġ sessjonijiet ta’ informazzjoni fejn dawk li jattendu jistgħu jistaqsu l-mistoqsijiet kollha li jista’ jkollhom. 

    Il-Frank Salt Real Estate Careers Roadshow se ssir bejn it-30 u l-31 ta’ Ottubru, bis-sessjonijiet ta’ informazzjoni li se jsiru bejn is-6.00 p.m. u t-8.00 p.m. fil-fergħa tal-kumpanija fil-Fgura nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ottubru u fil-fergħa tal-Ibraġ l-għada l-Ħamis, 31 ta’ Ottubru mis-6.00 p.m. u t-8.00 p.m.

    Is-sessjonijiet se jiggwidaw lill-parteċipanti dwar dak li għandhom bżonn biex isiru aġenti tal-bejgħ tal-proprjetà u l-benefiċċji li toffri din il-karriera. Frank Salt Real Estate se jkunu qegħdin jaqsmu wkoll informazzjoni dwar l-istrutturi interessanti tal-‘commissions’ għall-konsulenti li jbigħu u jikru, kif ukoll il-pakketti ta’ rimunerazzjoni li jinkludu benefiċċji sinifikanti u fissi għal kull xahar. 

    Li jkollok l-opportunità li tikkontrolla l-ġurnata tiegħek tax-xogħol u li jkollok il-potenzjal ta’ qligħ bla limitu tista’ tidher bħala ħolma, iżda ma’ Frank Salt Real Estate din l-aspirazzjoni tista’ ssir realtà. Il-kumpanija kontinwament tfittex rekluti ġodda li jixtiequ jaqbdu l-professjoni tal-bejgħ, jew inkella li diġà kellhom xi esperjenza fil-qasam tal-bejgħ tal-proprjetà. Irrispettivament minn fejn ikun ġej il-kandidat, jingħata taħriġ komplut, flimkien ma’ kowċing kontinwu mill-professjonisti ta’ esperjenza tal-aġenzija. 

    B’50 sena esperjenza fil-bejgħ tal-proprjetà, struttura ta’ ‘commissions’ ogħla u talbiet kontinwi minn klijenti lokali u barranin, din l-aġenzija tal-bejgħ tal-proprjetà mmexxija minn familja hi s-sieħeb ideali għal dawk interessati li jaqbdu karriera eċċitanti. Dawk li jissieħbu ġodda se jkunu wkoll jistgħu jibbenefikaw mir-reputazzjoni b’saħħitha tal-kumpanija għas-servizz ta’ eċċellenza u integrità, u waħda mill-akbar databases f’Malta.

    Min jixtieq jattendi għaż-żewġ sessjonijiet ta’ informazzjoni għandu jirreġistra onlajn. L-attendenza hi b’xejn iżda dak li jkun għandu jirreġistra fuq is-sit franksalt.com.mt/malta/careers-roadshow. L-ispazju hu limitat għal 12-il persuna għal kull sessjoni. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 23794157.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0