Il-Gvern b’investiment ta’ €250,000 fl-iskema B Secure… biex is-settur privat ikabbar l-għarfien dwar is-sigurtà diġitali

  • Ott 23, 2019 11:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gvern illum nieda l-iskema dwar is-sigurtà diġitali, imsejħa B Secure, li permezz tagħha se jkun qiegħed jiżdied l-għarfien dwar is-sigurtà diġitali fis-settur privat. Il-Gvern qed jinvesti €250,000 bil-għan li s-sigurtà diġitali tkun inkorporata fl-ekosistema tal-pajjiż.

    Din l-iskema ġiet imnedija llum mis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni Silvio Schembri waqt l-ewwel summit dwar is-sigurtà diġitali li qed isir f’pajjiżna. 

    Aktar minn 550 delegat minn kumpaniji differenti mis-settur privat qegħdin jieħdu sehem f’dan is-summit li skont Silvio Schembri juru kemm hawnx għatx għall-għarfien f’dan is-settur. 

    Min-naħa tiegħu, il-Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Informazzjoni u l-Governanza fi ħdan il-MITA, Efrem Borg qal li l-MITA qiegħda taħdem bis-sħiħ biex tkabbar il-kuxjenza u għarfien dwar is-sigurtà diġitali fost l-istudenti u s-settur pubbliku. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0