AĠĠORNAT: Twieġeb il-Midi... L-FAA tgħid li t-tribunal laqa’ t-talba tagħha dwar kunflitt ta’ interess

  • Ott 23, 2019 18:20
  • Miktub minn iNews
"

    Aġġornat:

    Fid-dawl tal-artiklu mtella' fuq dan is-sit, il-kumpanija Midi plc, wieġbet għal dak li skontha huma "stqarrijiet qarrieqa min-naħa tal-FAA." Fl-istqarrija tagħha, l-Midi qalet li filwaqt hi ma tistax tikkummenta dwar id-dettalji tal-appell, minħabba li preżentament qed ikun ikkunsidrat quddiem it-Tribunal, il-proġett ta' Manoel Island "mhux minnu li se jħalli l-ikbar impatt negattiv fil-komunità lokali u ż-żona li ddawwru."

    L-istqarrija tkompli tgħid li kuntrarju għal dak li qalet l-FAA, "meta jkun lest il-proġett, ir-residenti Gżirjani u l-pubbliku inġenerali se jkollhom aċċess għal aktar minn 80,000 metru kwadru ta' ġonna... l-ikbar spazju miftuħ fiż-żona. Dan se jkun qed jikkumplimenta lill-Forti Manoel li kien irrestawrat b'reqqa mill-Midi bi spiża ta €12-il miljun." L-Midi qalet li l-att li hemm bejn il-Fondazzjoni Manoel Island u l-Kunsill Lokali tal-Gżira jassigura li l-forti jintuża għal attivitajiet kulturali u l-pubbliku inġenerali jkollu aċċess għalih. 

    Il-Midi spjegat kif il-proġett se jkollu 65,500 metru kwadru ta' parkeġġ u l-ispazju miftuħ se jkun jikkonsisti minn pjazez fosthom pjazza li se tkun kbira madwar 9,000 metru kwadru.

    Aktar qabel:

    It-Tribunal għar-reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar ħareġ digriet li permezz tiegħu laqa’ t-talba tal-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar li hemm kunflitt ta’ interess. 

    Fl-istadju tal-Appell, l-avukat tal-għaqda ambjentali Andrew Sciberras kien irrimarka li l-perit Edward Said, wieħed mill-esperti ingaġġati minn Paul Gauci biex jagħmel l-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali fuq il-Masterplan tal-MIDI għal Manoel Island, kien fil-fatt it-tifel ta’ wieħed mid-direttur tal-MIDI plc. 

    Barra minn hekk, qal li d-ditta tal-periti ta’ Edward Said Architecture XV ġiet ingaġġata mill-MIDI plc b’mod ripetut bħala l-perit responsabbli fuq diversi permessi u proġetti li jifformaw parti mill-iżvilupp ta’ Manoel Island fosthom PA05216/10, PA 07964/05 u PA 01141/16. Sostna wkoll li bħala wieħed mill-periti responsabbli tal-MIDI, hu kellu jkun eskluż b’mod awtomatiku mill-parteċipazzjoni fl-Enivironment Impact Assessment (EIA).  

    L-għaqda ambjentali qalet li fir-risposta tagħha permezz tal-avukati tagħha, il-MIDI ma ċaħdux l-allegazzjonijiet li saru mill-FAA fl-appell quddiem it-tribunal. 

    L-FAA qiegħda tappella d-deċiżjoni tal-ippjanar PA 8605/18 għall-iskavar ta’ Manoel Island u għall-Masterplan PA 9407/17. Qalet li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet huma bbażati fuq l-Enivornmental Impact Assessment in kwistjoni. 

    Fid-dawl ta’ dan il-kunflitt ta’ interess, l-FAA ssostni li l-evalwazzjoni u l-permessi għandhom ikunu nulli fit-termini tar-regolamenti tal-Environment Impact Assessment. L-FAA qalet li t-tribunal aċċetta l-validità tat-talba tagħhom u qal li qiegħda tiġi kkonsidrata bħala parti mill-ilmenti tagħhom dwar dawn iż-żewġ permessi. 

    L-FAA qalet li se tkompli bl-isforzi tagħha biex tisfida l-iżvilupp fuq Manoel Island li skont hi se jkollu impatt negattiv kbir fuq ir-residenti tal-Gżira, kif ukoll fuq it-traffiku, il-kwalità tal-arja u fuq l-ambjent tal-port ta’ Marsamxett, Tas-Sliema, Ta’ Xbiex u l-inħawi tal-madwar. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0