Identifikata l-ankra biblika tan-nawfraġju ta’ San Pawl?

  • Ott 20, 2019 19:36
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Skont rapporti li dehru fuq midja barranija, jidher li hemm xi riċerkaturi li qegħdin isostnu li identifikaw ankra minn dawk li kienu ntużaw fin-nawfraġju ta’ San Pawl li seħħ 60 sena Wara Kristu. 

    Jidher li fis-snin 60 kienu nstabu erbgħa minn dawn l-ankri u issa l-esperti qegħdin jgħidu li identifikaw waħda minnhom. Fil-fatt, jidher li l-arkeoloġi kien jemmnu li waħda minn dawn l-ankri kienet mill-bastiment li kien qed iġorr lil San Pawl meta spiċċa Malta. Fil-fatt, qed jingħad li din l-ankra tmur lura għal dan iż-żmien u nstabet fl-istess post fejn jissemma fil-Bibbja. 

    Dawn l-erba’ ankri kien instabu fis-snin sittin fil-Bajja ta’ San Tumas. Dan imur kontra l-leġġenda, li tgħid li n-nawfraġju seħħ f’San Pawl il-Baħar li jinsab proprju n-naħa l-oħra ta’ Malta. 

    Peress li l-ankra hi data għall-ewwel seklu tat-tbaħħir Ruman u nstabet f’post li jissemma fl-Atti ta’ San Luqa, allura t-tim ta’ riċerkaturi temmen li għamlet sejba kbira. 

    Madankollu, hemm diversi kritiċi li jargumentaw li hemm nuqqas ta’ provi li jikkonfermaw li l-ankra hi proprju ġejja mill-bastiment li jissemma fl-iskrittura. Qed isostnu wkoll li kien hemm studjużi oħra li qalu li sabu l-istess fdalijiet fl-imgħoddi. 

    Din l-istqarrija l-ġdida saret mill-Bible Archaeology Search and Exploration Institute (BASE) li ppubblikaw l-istorja biblika fuq il-websajt tagħhom biex iħabbru dawn is-sejbiet. 

    Fil-fatt, huma kitbu li qrib is-60 sena Wara Kristu, bastiment li kien qed iġorr 276 raġel, flimkien ma’ tagħbija ta’ qamħ, spiċċa tkisser lil hinn mill-kosta ta’ Malta. Isemmu li żewġ passiġġieri fuq dan il-bastiment kienu l-kittieba Bibbliċi Pawlu u Luqa li kienu fi triqithom lejn Ruma - Pawlu kien priġunier, filwaqt li Luqa kien hemm bħala t-tabib u ħabib tiegħu. Isemmu wkoll kif permezz tar-rakkont metikoluż ta’ Luqa jingħataw ħafna dettalji tal-vjaġġ u tan-nawfraġju, bħalma miktub fl-Atti tal-Appostli f’Kapitlu 27. 

    Il-BASE tfakkar li fl-atti jingħad li matul-14-il lejl kienu għadhom qegħdin jinġarru fil-Baħar Adrijatiku, meta kważi f’nofsillejl il-baħrin indunaw li kienu resqin lejn l-art. Bdew ikejlu l-fond u sabu li l-baħar kien madwar 120 pied fond. Ftit tal-ħin wara reġgħu kejlu l-fond u kien 90 pied fond. 

    Peress li bdew jibżgħu li se jitkissru mal-blat, huma tefgħu l-erba’ ankri u bdew jitolbu li titla’ x-xemx. Biex jipprovaw jaħarbu mill-bastiment, il-baħrin niżżlu d-dgħajsa tal-emerġenza fil-baħar. Iżda Pawlu qal liċ-ċenturjun u lis-suldati li jekk il-baħrin ma jibqgħux fuq il-bastiment, allura ma jsalvawx. Għalhekk is-suldati qatgħu l-ħbula li kienu qed iżommu din id-dgħajsa u ħallewha titlaq. 

    Qabel tlugħ ix-xemx, Pawlu ħeġġeġ lil kulħadd biex jieklu. Qalilhom li għall-aħħar 14-il jum kienu f’tensjoni u bil-ġuħ. Ħeġġiġhom biex jieklu ħalli jsalvaw. Wegħedhom li ħadd minnhom ma kien se jitlef imqar xagħarha minn ġismu. Imbagħad qabad biċċa ħobż u rringrazzja lil Alla quddiemhom. Il-baħrin kielu u mbagħad irmew it-tagħbija bil-qamħ fil-baħar ħalli l-bastimenti jeħfief. Meta telgħet ix-xemx, ma bdewx jagħrfu l-art, iżda raw bajja bir-ramel u ħallew il-bastimenti jitla’ l-art. Filwaqt li qatgħu l-ankri, huma baqgħu mexjin lejn il-bajja. Il-bastiment trakka fl-art u nkalja. Konsegwentement tkisser mas-sikka li weħel magħha. 

    Intant, il-vjaġġ ta’ din is-sejba kienet bdiet meta l-erba’ ankri kienu ttellgħu mill-Bajja ta’ San Tumas fis-snin sittin. Dak iż-żmien ħadd ma kien għamel il-konnessjoni man-nawfraġju ta’ San Pawl. 

    Il-kap tal-BASE, Bob Cornuke qal ma’ Fox News li l-leġġenda tan-nawfraġju ta’ San Pawl tant ilha teżisti fil-kultura Maltija li ħadd qatt ma ħaseb li dawn l-ankri seta’ kellhom konnessjoni ma’ din l-istorja, proprju minħabba l-post fejn instabu. Madankollu, l-inħawi fejn instabu jidher li huma qrib dak li ddeskriva Luqa fl-Atti 27. Għalhekk il-BASE qed jistaqsi jekk jistax ikun li dawn l-ankri huma dawk ta’ 2,000 sena ilu u li nstabu biss ftit tas-snin ilu. Filwaqt li ma hemm ebda ċertezza, kulma jista’ jsir hu li jiġu eżaminati l-provi f’termini ta’ probabbiltà.  

    Min-naħa l-oħra, jidher li hemm kritiċi li qalu li m’hemmx biżżejjed provi li jsostnu din it-teorija tal-BASE. Qalu wkoll li bħal dan il-grupp kien hemm anke oħrajn li fl-imgħoddi qalu li sabu l-istess affarijiet. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0