“In-namur għadu moda?”

  • Ott 19, 2019 19:45
  • Miktub minn iNews
"

    Seminar dwar in-namur u r-relazzjonijiet…

    Il-Kumitat għat-Tisħiħ tal-Familja fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali organizza seminar bit-tema; ‘In-namur għadu moda?’. Dan is-seminar qajjem interess kbir mill-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam, hekk kif kellhom iċ-ċans jesprimu l-ħsibijiet tagħhom dwar is-suġġett.

    Kien diskuss li għalkemm in-namur nbidel fil-mod kif isir, xorta waħda huwa parti integrali mir-relazzjonijiet.

    Il-professjonisti fissru kif iż-żgħażagħ qed jirrikoru għal mezzi differenti kif jfittxu u jibnu n-namur. Xorta waħda il-kuntatt emozzjonali u dak fiżiku jirbaħ kull mezz ieħor ta’ namur.

    Preżenti għal dan is-seminar kien hemm il-Ministru għall-Famlja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon. Huwa qal li rridu nirrikonoxxu li l-familja hija l-bażi ta’ kollox, irrelevanti x’inhuma dawk il-karatteristiċi li jiddinstingwixxu familja minn oħra. 

    Il-Ministru Michael Falzon qal li jemmen bis-sħiħ li relazzjonijiet tajba fil-familja iwasslu għal aktar kuntentizza, paċi, għaqda u mħabba. Dawn il-fatturi jistgħu jsaħħu aktar ir-relazzjoni bejn koppji kif ukoll familji li għandhom it-tfal. Relazzjonijiet b’saħħithom, jeħtieġu kommunikazzjoni effettiva, lealtà u emozzjonijiet li jibqgħu b’saħħithom fit-tul.

    Il-Ministru Michael Falzon qal li jemmen bis-sħiħ fil-kunċett ta’ familja b’saħħitha. Xhieda ta’ dan huwa l-impenn kontinwu biex nsaħħu d-dinamika tal-familja, il-kwalità tal-ħajja kif ukoll l-atmosfera inġenerali. Prova ta’ kemm dan il-gvern jemmen fil-familja, kien il-preżentazzjoni tal-aħħar baġit, b’għexieren ta’ miżuri li jolqtu direttament il-familji. Dan il-gvern jemmen li għandu jgħin lil dawk l-aktar familji vulnerabbli filwaqt li nippremjaw ukoll il-familji bieżla. Huwa għalhekk li nemmnu f’bilanċ assolut bejn l-assistenza finazjarja akkumpanjata ma’ livell ta’ ħajja aħjar, temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0