Tħassib dwar missjonijiet ġodda ta’ tkixxif fuq il-Libja

  • Ott 19, 2019 19:16
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar jiem ġie nnutat li fl-ispazju tal-ajru Libjan b’mod partikolari fl-inħawi ta’ Tripli kienu qed isiru għadd ta’ missjonijiet ta’ sorveljanza minn ajruplani  Ewropej u anke dawk tal-Istati Uniti.  Dawn il-missjonijiet ġew deskritti bħala li ‘li huma missjonijiet ta’ tkixxif’. Mhux magħruf eżattament x’inhuma l-għan ta’ dawn il-missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni u tkixxif. Mhux eskluż li b’dawn il-missjonijiet qed tinġabar informazzjoni dwar fejn jinsabu ż-żoni militari imħarsi mill-milizzji li qed jiddefendu l-belt ta’ Tripli mill-offensiva tal-Ġeneral Haftar.

    Ninsabu informati li fl-aħħar jiem kien hemm għadd ta’ missjonijiet ta’ sorveljanza mill-militar Taljan. F’dawn il-missjoni intuża ajruplan tat-tip B350ER.  Dan l-ajruplan hu stazzjonat f’Pantellerija. 

    Apparti dan kien hemm ukoll missjonijiet oħra li fihom diversi ajruplani militari dehru jittajru għal ħinijiet twal fuq il-Libja, waqt li ajruplan tat-tip Lockheed Martin C-130J niżel fl-ajruport ta’ Misrata. F’dan il-ħin fl-ispazju tal-ajru Libjan kien hemm itiru diversi ajruplani militari Taljani fosthom Boeing KC-767A li hu stazzjon fl-ajruport ta’ Ciampino f’Ruma. Kien hem ukoll Gulfstream G.550 CAEW stazzjonat fi Pratica di Mare u diversi Typhoons stazzjonati fi Trapani.

    Xi ħaġa li qajmet ukoll interess kienu missjonijiet minn ajruplani tal-Qawwa tal-Ajru tal-Istati Uniti. Dawn l-ajruplani li wettqu l-missjoni ta’ tkixxif jinsabu ibbażati f’Souda Bay fi Kreta.

    Sorsi qrib l-awtoritajiet Libjani fi Tripli qalulna li ma jeskludux li dawn il-missjonijiet qed isiru biex tinġabar informazzjoni dwar qagħdiet militari ta’ milizzji li qed jiddefendu lil Tripli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0