Kważi 200 persuna jindarbu f’lejl ieħor ta' vjolenza fil-Katalunja

  • Ott 19, 2019 12:54
  • Miktub minn iNews
"

    Kważi 200 persuna ndarbu f’lejl ieħor ikkaratterizzat minn vjolenza fir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja. Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija li qalu li separatisti radikali bdew jitfgħu ġebel u jisparaw logħob tan-nar fid-direzzjoni tal-pulizija li min-naħa tagħhom irrispondew billi għamlu użu minn gass tad-dmugħ u rrikorrew ukoll għall-użu ta’ bullits tal-lastiku.

    F’Barċellona ndarbu 152 persuna, b’għexieren oħrajn jindarbu f’diversi postijiet fir-reġjun, biex in-numru totali tal-midrubin tela’ għal 182 persuna.

    Dan kien il-ħames jum konsekuttiv ta’ protesti wara li deċiżjoni ta’ Qorti Spanjola wasslet biex disa’ mexxejja separatisti ntbagħtu l-ħabs b’rabta mal-irwol tagħhom fit-tentattivi ta’ sentejn ilu biex ir-reġjun jikseb l-indipendenza.

    Skont il-Ministeru Spanjol għall-Intern, 83 persuna sfaw arrestati b’rabta mal-vjolenza tal-lejl li għadda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0