Instab fil-pussess ta' droga wara li prova jaħrab u ħabat f'vettura pparkjata

  • Ott 19, 2019 10:28
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel kien arrestat wara li għall-ħabta tas-1:45 a.m kien innutat isuq vettura b’veloċità eċċessiva mill-iskwadra tal-Administrative Law Enforcement fi Triq Reġjonali.

    Huwa kien qiegħed isuq Toyota u wara li l-awtoritajiet segwew lis-sewwieq u talbuh jieqaf, huwa pprova jaħrab. Is-sewwieq, raġel ta’ 22 sena mis-Serbja residenti l-Gżira ġie arrestat fi Triq Emanuele Giordano wara li ħabat f’vettura li kienet ipparkjata.

    Waqt tfittxija li saret fil-vettura nstab basket li fih kien hemm ammont ta’ flus kontanti, pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina eroina, pilloli suspettati droga ectasy u 17-il pakkett bi droga suspettata ħaxixa tal-kannabis.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulziija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0