“It-Torok qegħdin jużaw armi pprojbiti kontra l-Kurdi”

  • Ott 19, 2019 08:41
  • Miktub minn iNews
"

    "L-attività tal-lum għandha għan wieħed: Irridu nibagħtu messaġġ lill-Awtoritajiet Maltin, kif ukoll lill-bqija tad-dinja, fuq il-ħruxija murija mill-Armata Torka, u nħeġġuhom jikkundannaw dawn l-attakki."

    Saħaq dan ma’ inewsmalta Kamiran Hannan, wieħed mill-2,000 membru tal-Komunità Kurda f’pajjiżna. Dan il-ġurnal ħa l-kumment ta' Hannan fid-dawl tal-protesta li se tiġi organizzata llum quddiem l-Ambaxxata Turka, il-Furjana, biex jikkundannaw l-aggressjoni militari tal-Forzi Torok, kif ukoll jappellaw lill-Gvern Malti, flimkien mal-bqija tal-istati membri tal-Unjoni Ewropej, biex jappellaw kontra dawn l-attakki militari.

    Hekk kif il-Forzi Armati bdew l-attakk tagħhom fuq ir-reġjun tar-Rojava, fit-Tramuntana tas-Sirja, numru ta' għaqdiet internazzjonali qegħdin jappellaw lit-Turkija biex iwaqqfu l-attakki tagħhom, li qegħdin jiswew mijiet ta' ħajjiet kuljum.

    Minkejja li ħafna membri mill-kommunita Kurda lokali rnexxielhom jkabbru familja. ġewwa pajjiżna, u jintegraw bis-sħiħ mal-bqija tal-pajjiż, Hannan jisħaq li numru kbir ta' din il-kommunita "għandhom xi qraba, ħbieb jew familjari li għaddejjin minn dan il-martirju. Hemm dieqa kbira fi ħdan il-komunità Kurda: Is-sitwazzjoni hija waħda tal-biki, però huma ma jistgħu jagħmlu xejn, ħlief li jgħollu leħinhom. Għalhekk din il-protesta: irridu nibagħtu messaġġ lill-bqija tad-dinja, li din l-aggressjoni militari fuq il-poplu Kurd għandha titwaqqaf b'mod immedjat." 

    Hannan saħaq ukoll li r-rapporti li qegħdin jaslu għand il-komunità Kurda huma xokkanti: “Membri tal-familja tiegħi, li bħalissa jinsabu ġewwa Rojava, rrappurtaw kif l-armata Turka kienet ukoll qegħda tuża armi pprojbiti mill-Lvant, bħall-fosforu abjad. Din mhix sempliċiment gwerra: Din hija l-bidu ta' esterminazzjoni." 

    Hannan saħaq li fost il-poplu Malti, hemm simpatija kbira ħafna lejn il-komunità Kurda: "Il-Maltin konxji tal-moħqrija li għaddejja bħalissa fis-Sirja, u għalhekk nappella lil kull min jista biex jattendi. Irridu lil kulħadd, kemm Maltin kif ukoll barranin, li jitfgħu l-pressjoni fuq l-awtoritajiet biex jikkundannaw bl-ikbar qawwa dan l-aġir illegali."

    "F'sitwazzjoni xokkanti bħal din, l-unika ħaġa li nistgħu verament nagħmlu hija li nsemmgħu leħinna."

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0