L-FA Spanjola topponi logħbiet tal-kampjonat barra l-pajjiż

  • Ott 19, 2019 00:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kap tal-FA Spanjola, Luis Rubiales, ikkonferma li l-assoċjazzjoni tiegħu se topponi l-pjani biex logħba ta’ La Liga tintlagħab fl-Istati Uniti.

    Rubiales, li kien l-ikbar kritiku kontra pjani simili fl-istaġun li għadda, fisser kif hija se tibdel il-kompetizzjoni u se tfittex għal validitá li bħalissa ma teżistix.

    Din ġejja wara talba formali li saret minn Villarreal, Atletico Madrid u La Liga li formalment talbu li l-logħba ta’ bejniethom f’Novem­bru tintlagħab f’Miami.

    Villarreal ikkonfermaw l-aħbar permezz ta’ stqarrija maħruġa nhar il-Ħamis wara rapport li deher fi Diario AS li enfasizza li l-presidenti taż-żewġ clubs huma fost l-aktar viċini tal-kap ta’ La Liga, Javier Tebas.

    “Din tfisser li tbiddel il-kompetizzjoni,” Rubiales ġie kkwotat minn Diario AS.

    “Biex tilgħab f’Miami, La Liga trid ħames permessi li hija m’għandhiex.”

    Rubiales anke mar f’iktar dettalji li ġew ikkwotati minn ESPN FC: “Nistgħu mmorru lura fiż-żmien u nagħtu l-istess kummenti li tajna sena ilu.

    “Hemm pożizzjoni fil-kumitat eżekuttiv tal-FIFA li meta logħba ta’ kompetizzjoni lokali tintlagħab, huwa fl-istadium tat-team lokali waqt li rigward kompetizzjoni fi ground newtrali, tista’ tintlagħab fi stadium mhux tagħhom.

    “Aħna se nkomplu bħala parti mill-FIFA u mill-UEFA u se nkomplu b’din l-opinjoni.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0