Illum jingħata bidu għall-Middle Sea Race

  • Ott 19, 2019 00:53
  • Miktub minn iNews
"

    L-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race tibda llum, is-Sibt, mill-Port il-Kbir. Huwa mistenni li l-flotta tkun mgħamula minn 113-il jott. Il-Kanuni tal-Belt se jagħtu bidu għal kull tellieqa skond il-klassi tagħha, li b’kollox se jkun hemm sebgħa - IRC Class 1, IRC Class 2, IRC Class 3, IRC Class 4, IRC Class 5, IRC Class 6 u Multihull.

    It-tluq ta’ dawn il-klassijiet mistennija jkunu segwit minn mijiet ta’ nies li se jimlew is-swar li jdawru l-Port il-Kbir hekk kif it-tellieqa hija dik ta’ 600 mil nawtiku.

    Għadu kmieni sabiex wieħed ibassar liema daqs ta’ jott jista’ jkun iffavorit mill-kundizzjonijiet.  It-tbassir tat-temp kien mibdul diversi drabi, u llum probabbilment se jġib aktar bidla.

    Għal dawk  il-jottijiet li qegħdin jimmiraw għall-premju finali,  l-ewwel għan huwa li jirbħu l-klassi tagħhom. Bil-Handicap tal-IRC, li jwitti t-triq għall-kundizzjonijiet ugwali, l-iżvilupp tat-temp fiż-żona tal-korsa se jkollu sehem sinifikanti fid-determinazzjoni tar-riżultat.

    Il-persuna responsabbli biex tissorvelja l-proċedura tal-bidu mir-Royal Malta Yacht Club, il-Principal Race Officer, Peter Dimech, stqarr li hemm aspettattivi għoljin fejn tidħol l-organizzazzjoni. 

    “Għal darb’oħra, għandna flotta b’saħħitha, diversa u internazzjonali li tirrifletti l-entużjażmu kbir li ntwera għal din it-tellieqa. “Bla dubju, is-Sibt filgħodu  se jkun impenjattiv għat-team li se jieħu ħsieb il-proċedura tat-tellieqa.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0