Tiddeċiedi li ma tħallasx il-miżata... tilbes 5 flokkijiet, 3 qliezet u 3 ġkieket!

  • Ott 18, 2019 13:55
  • Miktub minn iNews
"

    Tfajla mill-Filippini sabet is-soluzjoni biex ma tħallasx flus żejda wara li qabżet il-piż allokat lilha mal-vjaġġ.

    Jidher li kif resqet biex tiżen l-affarijiet tagħha hija kienet qabżet is-seba’ Kilogrammi allokati b’żewġ Kilogrammi u nofs u għalhekk kien se jkollha tħallas xi ħaġa żejda.

    Hija qalet li ma riditx tħallas iżjed u għalhekk ħarġet bl-idea li tilbes ħames flokkijiet, tlett iqliezet u tliet ġkieket.

    Minkejja dan hija ammettiet li li kieku jkollha terġa’ lura tagħżel li tħallas għax is-sħana li bdiet tħoss kienet xi ħaġa li ma tiddeskrivihiex bil-kliem.

    Flimkien mar-ritratt li xerrdet fuq il-profil tagħha hija żiedet tikkummenta li ma kinitx taf li se tmur viral għax kieku kienet tippoża aħjar għar-ritratt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0