Milħuq ftehim bejn ir-Renju Unit u l-UE... Muscat sodisfatt bir-rieda tajba u flessibilità miż-żewġ naħat

  • Ott 18, 2019 09:03
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat li qed jattendi għas-summit ta’ jumejn tal-mexxejja Ewropea laqa’ u ta l-appoġġ tiegħu għall-ftehim li ntlaħaq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar brexit. Muscat kellu reazzjoni pożittiva għal dan l-iżvilupp u qal li huwa sodisfatt bir-rieda tajba u flessibilità miż-żewġ naħat.

    Wara ħafna stennija b’ħafna diskussjonijiet li baqgħu ma wasslux għal soluzjoni, jidher li fl-aħħar sigħat l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit laħqu ftehim dwar brexit. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fisser il-ftehim bħala ġust u bilanċjat. Żied jgħid li b’hekk m’għadx hemm għalfejn ikompli jinħela aktar żmien.

    It-tibdiliet huma dwar l-Irlanda ta’ Fuq li tinsab fi fruntiera mal-Irlanda u se tibqa’ konformi mas-suq waħdieni. Permezz ta’ dan l-istess ftehim, ir-Renju Unit se jibqa’ jsegwi l-liġijiet Ewropej sa tmiem is-sena d-dieħla biex in-negozji jilħqu jadattaw ruħhom. Bħala parti minn dan il-ftehim, ir-Renju Unit huwa obbligat li jħallas 39 biljun sterlina.

    Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddeskriva dan il-ftehim  bħala eċċellenti u appella biex is-Sibt li ġej l-Parlament japprovah mingħajr aktar dewmien. Min-naħa l-oħra, il-mexxej Laburista Jeremy Corbyn maqdar il-ftehim u saħansitra ddeskrivieh bħala “agħar minn dak li kienet laħqet qbil dwaru Theresa May.”

    Johnson qal li hu jħares lejn dan il-ftehim b’mod pożittiv u li dan il-pass mhux se jkun ifisser it-tmiem, iżda bidu ta’ sħubija ma’ diversi pajjiżi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0