Ġlied kbir f’Culiacán wara li ġie arrestat iben “El Chapo”

  • Ott 18, 2019 08:20
  • Miktub minn iNews
"

    Ġlied kbir żviluppa fil-Messiku wara li membri tas-sigurtà skoprew lil iben l-baruni tad-droga Joaquin “El Chapo” Guzman waqt tfittxijiet għall-għarrieda f’Culiacán.

    Jidher li Ovidio Guzmán López, li hu stmat li għandu madwar 20 sena kompla fejn ħalla missieru li kien il-mexxej tal-kartel tad-droga Sinaloa.

    Jidher li l-ġlied inħoloq wara li ż-żagħżugħ ġie miżmum mill-awtoritajiet. Dan hekk kif membri tas-Sinaloa bdew jużaw il-forza biex huwa jinħeles.

    Għalkemm ma kienx hemm rapporti ta’ fatalitajiet, ritratti li nxterdu fil-midja barranija juru persuni mixħutin għal tulhom fl-art.

    “El Chapo” li għandu 62 sena, u li kien il-mexxej tal-kartel tad-droga Sinaloa, qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs fil-ħabs ta’ sigurtà massima ADX Florence, fl-istat ta’ Kolorado. S’issa l-ebda priġunier ma qatt ħarab minn dan il-ħabs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0