Theo Hernandez determinat li jgħin aktar lil Milan

  • Ott 18, 2019 00:43
  • Miktub minn iNews
"

    Id-difensur xellugi ta’ Milan, Theo Hernandez, tenna d-disponibbiltá lill-club il-ġdid tiegħu. Il-player ta’ 22 sena ingħaqad mar-Rossoneri mingħand Real Madrid u s’issa kien preżenti fl-ewwel seba’ ħarġiet tat-team li ma tantx kienu daqshekk pożittivi.

    Rigward dan il-bidu xi ftit negattiv, Hernandez qal li kull klabb jgħaddi minn dawn id-diffikultaijiet u lest biex jgħin lit-team joħroġ minn din is-sitwazzjoni.

    Fl-istess ħin Hernandez irrefera għall-coach il-ġdid, Stefano Pioli, fejn qal li qed jibda jidra l-ambjent tal-club u jinsab ħerqan sabiex ikun fit-tmun tat-team għal-logħba li Milan għandhom f’darhom kontra Lecce.

    Finalment il-player Franċiż ħa l-okkażjoni sabiex jirringrazzja lill-coach l-ieħor Marco Giampaolo tax-xogħol siewi li għamel ma’ Milan u qal li sfortunatament għalih xejn ma ġietu tajba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0