It-Turkija se twaqqaf l-operazzjoni militari fit-Turkija

  • Ott 17, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews
"

    It-Turkija qablet li ttemm l-operazzjonijiet militari fit-Tramuntana tas-Sirja wara li l-ġellieda Jurdi ħarġu barra miz-zona meqjusa bħala sigura. Dan ħabbru ftit tal-ħin ilu l-Viċi President Amerikan Mike Pence.

    L-operazzjonijiet tat-Turkija se jkunu qed jitwaqqfu għal kollox ladarba l-ġellieda kollha Kurdi joħorġu mill-imsemmija zona saħaq Pence f’kummenti lill-ġurnalisti wara taħditiet li kellu f’Ankara.

    Din l-aħbar ħarġet wara li s-Sirja qalet li se tkun qed tirrispondi għall-aggressjoni min-naħa tat-Turkija fuq kwalunkwe parti mit-territorju tagħha b’kull mezz leġittimu dispponibbli. Dan qalu l-President Sirjan Bashar al-Assad illum.

    “Se nirrispondu għal dan u nikkonfrontaw l-aggressjoni Torka f’kull forma tagħha,” saħaq Assad waqt laqgħa li kellu mal-Konsulent għall-Kunsill Iraqqin għas-Sigurtà, Faleh al-Fayyad.

    Huwa għadda dawn il-kummenti wara ftehim bejn Damasku u l-Forzi Demokratiċi Sirjani, li huma mmexxijin mill-Kurdi, biex jilqgħu għal attakki mit-Turkija fit-Tramuntana tas-Sirja.

    L-operazzjoni tat-Turkija tat l-opportunità lil Assad biex jibgħat il-qawwiet tiegħu f’żona li ilha ma taqa’ taħt il-kontroll tiegħu snin twal mindu nbdiet il-gwerra Sirjana tmien snin ilu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0