Ftuħ ta’ Ċentru Ġdid tal-Università tat-Tielet Età f’Birżebbuġa

  • Ott 16, 2019 20:04
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis indirizza l-ftuħ ta’ ċentru ġdid tal-Università tat-Tielet Età f’Birżebbuġa. B’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta nfetaħ dan iċ-ċentru sabiex aktar anzjani jipparteċipaw fl-Università tat-Tielet Età. 

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis tkellem fuq l-importanza li l-anzjani jibqgħu attivi akkademikament. Huwa irringrazzja lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, kif ukoll lill-Università tat-Tielet Età għall-kollaborazzjoni tagħhom mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva sabiex jinfetħu iktar ċentri tal-Università tat-Tielet Età f’lokalitajiet diversi. Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar kif dan kollu jinkoraġġixxi lill-anzjani tagħna jibqgħu jitgħallmu tul ħajjithom kollha, u sostna li dan it-tagħlim għandu impatt pożitiv fuq is-soċjetà tagħna. Dan għaliex l-anzjani jaqsmu t-tagħlim tagħhom ma’ ħaddieħor, inkluż il-ġenerazzjoni żgħażugħa. Huwa għalaq billi ħeġġeġ lill-anzjani jibqgħu jkunu xempju tal-anzjanità attiva.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Dr Renzo Degabriele spjega l-kollaborazzjoni b’saħħitha li teżisti mal-Fakultà tal-Ġerontoloġija u Ġerjatrija fi ħdan l-Università ta’ Malta. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni anzjani li jagħmlu użu miċ-ċentri ta’ matul il-jum ikunu jistgħu jattendu għal dawn il-korsijiet qrib fejn joqgħodu. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi dawn iċ-ċentri sejrin jintużaw għall-aktar ħin, għall-benefiċċju tal-anzjani li jgħixu fil-komunità.

    Id-Direttur tal-Università tat-Tielet Età, il-Professur Marvin Formosa, tkellem kif b’dan iċ-ċentru, l-Università tat-Tielet Età ser tkun fetħet is-seba’ ċentru. Dan sar wara ftehim mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, sabiex issa t-tagħlim tat-tielet età ser ikompli jilħaq iktar nies. L-Università tat-Tielet Età qiegħda torganizza l-lezzjonijiet tagħha f’lokalitajiet differenti madwar Malta. F’dan ix-xahar ser jingħata bidu għal-lezzjonijiet fiċ-ċentri tat-Tielet Età f’Birżebbuġa u fil-Mellieħa. Il-Professur Formosa saħaq li grazzi għal dan kollu, iktar anzjani qegħdin jattendu l-Università tat-Tielet Età.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0