Jean Pierre Debono jirriżenja minn kordinatur politiku tal-PN

  • Ott 16, 2019 18:27
  • Miktub minn iNews
"

    Jean Pierre Debono ħabbar li qed jirriżenja minn Chief Political Co-Ordinator fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kariga li ilu jokkupa għal dawn l-aħħar sentejn. Fuq Facebook, huwa qal li se jkun qiegħed jiffoka l-ħidma tiegħu fix-xogħol il-ġdid mas-settur privat u fuq il-kandidatura tiegħu mal-PN fuq is-seba’ distrett.

    Fuq il-midja soċjali, Debono ippubblika wkoll l-ittra ta’ riżenja li huwa qal li għadda lill-Kap tal-PN nhar it-Tnejn li għadda. Fl-ittra huwa fakkar kif wara li ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament, kien ċeda s-siġġu tiegħu biex Adrian Delia jkun jista’ jieħu postu bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

    Huwa tenna li qiegħed jagħmel din it-tranżizzjoni biex waqt li jiffoka fuq l-impenji tiegħi distrettwali b’risq il-Partit Nazzjonalista, jagħmel spazju għal aktar demm ġdid u ideat ġodda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0