“Tqassim ta’ ġid għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn”

  • Ott 16, 2019 15:38
  • Miktub minn iNews
"

    “Ftit huma l-Ministri tal-Finanzi fid-dinja li jistgħu jkunu fil-pożizzjoni tal-Ministru Scicluna meta jippreżentaw il-baġit għas-sena 2020. Hija ħolma ssir realtà li tippreżenta baġit li jalloka żieda sostanzjali fl-ispiża soċjali u xorta jirreġistra surplus għar-raba’ sena konsekuttiva.” Sostna dan Alfred Mifsud, ekonomista, li nnota li l-baġit għas-sena d-dieħla huwa fuq l-istess linja ta’ baġits preċedenti f’dawn l-aħħar snin, fejn l-ekonomija lokali qiegħda tikber grazzi għad-dinamika tagħha, kif ukoll għall-investiment pubbliku fl-infrastruttura.

    Huwa qal li dan it-tkabbir qiegħed jiġġenera dħul li jippermetti lill-Ministru jqassam parti sostanzjali tal-ġid iġġenerat lil dawk li m’humiex attivi fl-ekonomija b’mod partikolari lill-pensjonanti u lill-każi soċjali.

    Mifsud żied jgħid li dan ma jfissirx li m’għandniex sfidi quddiemna u importanti li ma nieħdu xejn fiċ-ċert. Dan għax, “ħadd m’hu obbligat jipprovdilna l-għixien tagħna u għalhekk għandna nibqgħu kompetittivi biex insostnu l-iżvilupp ekonomiku”.

    Huwa qal li għandna bżonn intejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini barra mill-miżuri li jittieħdu fil-baġit. “L-infurzar adegwat tal-liġijiet preżenti jgħinu biex iċ-ċittadini jkollhom qabża għall-aħjar fil-kwalità tal-ħajja ta’ dawk f’livell medju fejn jidħlu l-protezzjoni ambjentali, il-kontroll tal-ħoss, it-tniġġis mid-dawl u l-konformità ordinarja mar-regoli u r-regolamenti ċivili, inkluża l-konformità tat-taxxa.

    Mifsud sostna wkoll li għandna bżonn nieħdu ħsieb il-mekkaniżmi li qegħdin jiġġeneraw il-ġid fil-pajjiż u li, “t-turiżmu jiddependi fuq il-kwalità tal-prodott b’mod speċjali l-indafa u l-protezzjoni ambjentali. L-industrija tas-servizzi finanzjarji tagħna tinsab taħt skrutinju internazzjonali b’mod speċjali fejn jidħol ħasil ta’ flus u evażjoni tat-taxxa”. 

    Huwa temm jgħid li għandna bżonn nuru li dan mhux il-każ għax ħafna drabi kritika ta’ dan it-tip hija attakk indirett fuq ir-reġim fiskali tagħna li jagħtina l-vantaġġ li nattiraw investimenti li jistgħu jinkisbu biss minn ġurisdizzjonijiet b’saħħithom u ta’ reputazzjoni tajba. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0