Mill-inqas persuna tmut u disgħa oħrajn rapportati neqsin wara li tiġġarraf binja fil-Brażil

  • Ott 15, 2019 19:11
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas persuna waħda mietet, u diversi oħrajn spiċċaw maqbudin fost it-tifrik ta’ binja ta’ seba’ sulari li ġġarrfet fil-belt Brażiljan ta’ Fortaleza. Il-midja lokali qed tirrapporta li hemm uħud mill-persuni maqbudin li qed jikkomunikaw mal-qraba tagħhom permezz tal-mowbajls.

    Cleyton Bezerra, il-kmandant tad-dipartiment tat-tifi tan-nar, qal li hemm mad-disa’ persuni li huma rapportati neqsin. Madankollu saħaq li għadu mhux magħruf jekk jinsabux maqbudin taħt it-tifrik jew le.

    Bezerra qal li “hija sitwazzjoni diffiċli, hemm partijiet tal-bini li għadhom jistgħu jiġġarrfu”.

    L-aawtoritajiet tal-belt, li għandha popolazzjoni ta’ 2.6 miljun resident, qalu li żewġ persuni maqbduin taħt it-tifrik kienu għamlu kuntatt mal-qraba tagħhom.

    Xhieda qalu li ftit qabel ma ġġarrfet, raw nies fil-binja. Għadu mhux magħruf x’wassal biex il-binja ġġarrfet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0