Middle Sea Race: Se jieħdu sehem aktar minn 100 jott

  • Ott 15, 2019 18:46
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-Royal Malta Yacht Club huwa mistenni  jilqa’ madwar 115-il jott għall-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Dan tħabbar waqt konferenza stampa li saret biex jiġi mniedi l-programm ta’ avvenimenti għall-edizzjoni ta’ din is-sena.

    Il-Commodore tar-Royal Malta Yacht Club Commodore, Godwin Zammit, spjega li l-club qed jistenna taħlita ta’ ekwipaġġi professjonali kif ukoll dilettanti li se jiffurmaw il-flotta.  Dawn jinsabu lesti biex jesperjenzaw it-tellieqa għall-ewwel darba waqt li oħrajn qegħdin jirritornaw biex jippruvaw jiksbu riżultati aħjar jew saħansitra r-rekord tal-korsa.

    Dan ir-rekord kien stabbilit minn Rambler ta’ George David, fl-2007. George David u l-ekwipaġġ tiegħu fuq Rambler 88 ser jipparteċipaw għal darb’oħra bit-tir li jirbħu l-Line Honours għal ħames sena konsekuttiva. 

    Filwaqt li, x’aktarx, il-flotta mistennija tkun ftit inqas mis-sena l-oħra, il-varjetà ta’ jottijiet xorta ser tikkontribwixxi għall-tellieqa eċċitanti. L-ekwipaġġi se jkunu lesti li jiffaċċjaw il-kundizzjonijiet diffiċli, li għalihom huma mgħarufin għalihom din iż-żona tal-Mediterran.

    Malta se tkun rappreżentata minn 11-il jott, fosthom il-jott ġdid ta’ Lee Satariano, Artie III. Satariano, li rebaħ it-tellieqa fl-2011 u fl-2014, qed jagħmel ritorn wara nuqqas ta’ tliet snin. Ma Satariano ser jingħaqad Timmy Camilleri (Xp-Act) li se jikkompeti fis-26 tellieqa tiegħu u l-aħwa Podesta, li jtellqu fuq l-Elusive 2, se jkomplu bit-tradizzjoni tal-familja mibdija minn missierhom Arthur fl-1968.

    Il-kompetituri Maltin jinkludu Comanche Raider III (Ramon Sant Hill), iż-żewġ jottijiet tal-Jarhead Young Sailor’s Foundation JYS Jan (Nikki Henderson) u JYS Jarhead (Greg Nasmyth), Maltese Falcon II (Jonathan Camilleri Bowman), Ton Ton Laferla Insurance (Jonathan Gambin) Unica (Jamie Sammut) u Xpresso (Sean Borg). Vivace  ta’ Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele se jkun l-uniku jott Malti li ser jikkompeti fil-klassi Double Handed.

    L-uffiċjal prinċipali tat-plielaq u ċ-chair­man, Peter Dimech, spjega li l-avvenimenti se jibdew nhar l-Erbgħa, meta sseħħ il-Coastal Race annwali. Din it-tellieqa hija opportunità perfetta għall-ekwipaġġi internazzjonali biex jesperjenzaw l-ibħra lokali, filwaqt li l-ekwipaġġi lokali jkunu jistgħu jagħtu d-dgħajjes tagħhom l-aħħar prova qabel is-Sibt. Bil-previżjoni tat-temp jindikaw majjistral għal nhar l-Erbgħa, il-probabbiltá tkun tellieqa lejn Kemmuna.

    Qabel it-tellieqa tas-Sibt, il-club se jkun qed jospita numru ta’ avvenimenti li jinkludu serata tal-għoti tal-premjijiet għal-Coastal Race ko-ospitat minn Yachting Malta, li ser issir nhar l-Erbgħa filgħaxija. Il-famuż crew party ser jsir il-Ħamis fil-għaxija, filwaqt li l-Ġimgħa filgħodu, il-Yacht Club ser jospita sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet b’għadd ta’ parteċipanti. Ir-Race Briefing issir nhar il-Ġimgħa fis-6.00 pm fil-Grand Hotel Excelsior.

    It-tellieqa tas-Sibt se tara total ta’ seba’ klassijiet, bl-ewwel klassi - dik tal-Multihulls tibda fil-11.00 am. Il-klassijiet ikomplu wara xulxin b’intervalli ta’10 minuti. Il-bidu tat-tellieqa ser tkun kordinata bejn ir-Royal Malta Yacht Club, Transport Malta u l-Forzi Armati ta ’Malta.

    Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex isegwi l-istruzzjonijiet maħruġa u biex jitbiegħed mill-bagi barra l-Port il-Kbir u l-Ponta tad-Dragunara.

    L-aqwa visti jinsabu fil-Belt Valletta, f’St Barbara Bastion, Great Siege Bell, il-Pixkerija l-Antika, il-Waterfront jinsabu fil-Bastjun ta’ Santa Barbara, l-Assedju l-Kbir tal-Qanpiena, fil-Bini tas-Sajd il-Qadim, fil-Waterfront kif ukoll ix-xatt ta’ Tas-Sliema.

    Il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet konkluża permezz ta’ indirizz qasir  mill-Onorevoli Konrad Mizzi, Ministru għat-Turiżmu u l-Onorevoli  Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Organizzazzjonijiet Volontarji. It-tnejn enfasizzaw l-importanza ta’ dawn l-avvenimenti  u l-appoġġ tal-uffiċċji rispettivi tagħhom.

    Ir-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt li ġej fil-11.00 am, minn ġewwa l-Port il-Kbir.

    It-tracking tat-tellieqa jinsab fuq is-sit elettroniku uffiċjali - www.rolexmiddlesearace.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0