[FILMAT] 115-il dgħajsa għar-Rolex Middle Sea Race … l-akbar parteċipazzjoni ta’ atleti Maltin

  • Ott 15, 2019 16:24
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Għall-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race mistennija jieħdu sehem flotta kbira ta’ 115-il dgħajsa li se jkunu ġejjin minn diversi pajjiżi differenti. 

    Ħabbar dan il-Commodore Godwin Zammit, li sostna li bħala Royal Malta Yacht Club jinsabu kuntenti ħafna bil-parteċipazzjoni kbira u għalhekk għandhom aspettattivi kbar ukoll. Hu qal li hu partikolarment ta’ sodisfazzjon li qegħdin jipparteċipaw daqstant Maltin u fil-fatt qal li din hi l-akbar parteċipazzjoni min-naħa tal-Maltin li qatt kien hemm. Zammit semma wkoll kif permezz tal-Jarhead Young Sailor’s Foundation se jkun hemm żewġ timijiet ta’ atleti żgħar, kif ukoll tim sħiħ magħmul minn nisa biss. 

    Min-naħa tiegħu, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li din it-tellieqa hi sinonima ma’ pajjiżna u tgħin anke biex tippromwovi lil pajjiżna fuq livell dinji. Hu sostna li hu proprju għalhekk li fl-istrateġija tat-turiżmu ta’ pajjiżna sal-2025, il-Gvern Malti inkluda s-settur tal-jottijiet biex itella’ l-prodott turistiku għal żewġ livelli ogħla ħalli jiġbed lejn pajjiżna turisti li jħallu iżjed flus. 

    Il-Ministru Mizzi qal li min-naħa tiegħu l-Gvern irid jibqa’ jiżgura li jsiru attivitajiet bħal dawn, anke fl-isports u semma kif permezz ta’ Yachting Malta se jkun qed jippromwovi attivitajiet bħal dawn. 

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isports, Clifton Grima qal li l-Gvern irid ikompli jaħdem id f’id ma’ dawn il-klabbs sportivi biex jorganizza attivitajiet fuq livell internazzjonali li jpoġġu lil Malta direttament fuq il-mappa globali. Filwaqt li sostna li pajjiżna diġà joffri prodott turistiku tajjeb, Grima qal li rridu nkomplu ngħolluh filwaqt li noffru benefiċċji lill-atleti. Fost l-oħrajn semma li l-Gvern qed jaħdem mal-iskejjel biex in-numru ta’ atleti dejjem jikber hekk kif jibdew jingħataw l-għajnuna minn meta jkunu żgħar. 

    Intant, l-uffiċjal li se jmexxi t-tellieqa, Peter Dimech qal li t-tellieqa tibda nhar is-Sibt fil-11.00 a.m. Il-Port il-Kbir se jkun magħluq mid-9.00 a.m. ħalli kollox ikun jista’ jimxi b’mod organizzat. Dimech qal li mhix xi ħaġa faċli li jitilqu 100 dgħajsa u għalhekk spjega li se jkun hemm seba’ tluq ta’ dgħajjes. L-ewwel titlaq il-klassi multihall, segwita mill-klassijiet l-oħra li jitilqu kull għaxar minuti. Il-linja tat-tluq m’għandhiex tkun twila, bl-itwal waħda tkun tinkludi 27 dgħajsa. 

    Min jixtieq isegwi, jista’ jagħmel dan mill-Barrakka ta’ Fuq, mill-Port il-Kbir u anke minn inħawi f’Tas-Sliema. Hu mbassar riħ mil-Lbiċ, li mistenni jwassal biex id-dgħajjes jiftħu l-qlugħ il-kbir. 

    Intant, għada se ssir tellieqa oħra madwar il-kosta li mistennija sservi ta’ warmup għal dawk li se jieħdu sehem. B’kollox mistennija jipparteċipaw 40 dgħajsa li se jitilqu mill-Port ta’ Marsamxett lejn Kemmuna u lura. It-tellieqa mistennija tieħu tliet sigħat. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0