Titlaq lir-raġel wara li kisbet permess taħdem Malta

  • Ott 15, 2019 15:28
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef annullat żwieġ bejn Malti u Filippina wara li ikkonkludiet li dan kien wieħed ta' konvenjenza fejn hija iżżewġitu biex taħdem Malta.

    Il-koppja ltaqgħet fuq l-internet u wara erba' xhur r-raġel issuġġerilha li tiġi Malta għal vaganza madankollu hija qaltlu li missierha ma jħallihix u stednitu jkun hu li jżurha.

    Wara erba' xhur huwa mar il-Filippini fejn fl-ajruport sab jistennewh lilha, lill-ġenituri u lit-tifla tagħha ta' seba' snin li bdiet tgħajjatlu “daddy” fejn ħassu ixxukkjat għax kien l-ewwel darba li ra lilha u lil ommha.

    Matul il-perjodu li dam jgħix għand oħtha kemm il-mara kif ukoll il-familjari tagħha bdew jagħmlulu pressjoni biex jiżżewġu u ftit jiem qabel irritorna Malta aċċetta biż-żwieġ isir Manila.

    Meta ġiet Malta l-mara bdiet toqgħod miegħu u wara tliet ġimgħat sabet xogħol.

    Il-familjari tiegħu ma kienux jafu li żżewwġu u meta ndunaw ommu ħaditha bi kbira ħafna.

    Ir-relazzjoni bejn il-koppja bdiet sejra lura u spiċċaw jiġġieldu ta' spiss waqt li dawk li kienu jafuh ma emmnux li miżżewġin għax ma kienux jaġixxu qishom koppja.

    Wara waħda mill-ġlidiet il-mara telqet mid-dar matrimonjali u ma kienx jaf jekk kinietx għadha Malta jew le.

    Kien għalhekk li iddeċieda li jirrikorri għall-Qorti tal-Familja biex jitlob l-annullament bl-Imħallef Jacqueline Padovani Grima tilqalu t-talba wara li ikkonkludiet li ż-żwieġ kien wieħed ta' konvenjenza.

    Hija rrimarkat li mill-provi jidher ċar li hija iżżewġitu biex tikseb id-dritt li tgħix u taħdem Malta u wara li kisbet dak li riedet abbandunatu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0