BirdLife tilqa’ l-Baġit b’mod pożittiv … Tinnota nuqqasijiet

  • Ott 15, 2019 14:32
  • Miktub minn iNews
"

    BirdLife Malta laqgħet b’sodisfazzjon numru ta’ miżuri favur l-ambjent li tħabbru lbieraħ fil-Baġit għas-sena d-dieħla. fl-istess waqt esprimiet id-diżappunt tagħha li ma ngħatatx biżżejjed importanza lil inizjattivi relatati direttament mal-bijodiversità u l-ħarsien tan-natura fosthom is-sejħa tagħha u ta’ diversi NGOs oħrajn biex f’Malta jkun hemm taqsima speċjalizzata u armata li tiġġieled reati kriminali marbutin man-natura.

    BirdLife tenniet li huwa pożittiv li l-Gvern se jkun qed jippubblika l-istudji relatati mal-mina bejn Malta u Għawdex. Hija laqgħet ukoll b’sodisfazzjon l-aħbar li se jiżdiedu l-proġetti ta’ afforestazzjoni f’zoni urbani u qieset dan bħala pass fid-direzzjoni t-tajba. Hija kellha wkoll kliem pożittiv għall-proposta li jissaqqfu l-mini ta’ Santa Venera biex jinbidlu fi spazju miftuħ.

    Żiedet tgħid li l-akbar qabżiet ambjentali li qed jipproponi l-Baġit 2020 huma dawk marbutin mal-inċentivi biex jintemm l-użu tal-plastik u biex jintlaħqu l-obbligi tal-Unjoni Ewropea (UE) f’dak li għandu x’jaqsam mas-Single-Use Plastics. BirdLife qalet li ta’ min ifaħħar l-inizjattiva biex il-ħwienet jiġu megħjuna finanzjarjament biex joħolqu Green Corners fejn jinbiegħu prodotti skont il-piż u l-klijenti jagħmlu użu mill-kontenituri tagħhom stess. 

    Laqgħet ukoll b’mod pożittiv l-inċentivi mħabbra biex jitnaqqas l-impatt tal-karozzi fuq it-tniġġis tal-arja, it-tnedija ta’ konnessjonijiet ġodda bil-baħar bħala mezzi alternattivi ta’ trasport minn post għal ieħor, l-introduzzjoni ta’ tariffa mnaqqsa biex wieħed jiċċarġja l-karozza elettrika d-dar, u anke l-aħbar li se tkun qed tiġi rakkomandata data meta se tieqaf għal kollox l-importazzjoni tal-vetturi li jniġġsu.

    Min-naħa l-oħra BirdLife Malta esprimiet id-diżappunt tagħha li l-baġit ftit li xejn jirreferi għall-ħarsien tal-abitati naturali, b’mod partikolari l-ODZ li saħqet li ma jidhirx li qed jingħataw importanza partikolari. Tenniet li kienet qed tistenna li fil-Baġit il-Gvern iwaqqaf jew għall-inqas iħabbar li beda jaħdem fuq it-twaqqif ta’ Wildlife Crime Unit – xi ħaġa li flimkien ma’ numru ta’ NGOs ambjentali oħrajn saħqet dwarha kemm-il darba u hemm qbil dwarha. BirdLife temmet tgħid li se tibqa’ taħdem bis-sħiħ biex tikkonvinċi lill-Gvern biex jieħu l-protezzjoni tal-bijodiversità f’Malta bis-serjetà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0