Mill-inqas 37 dimostrant Katalan jindarbu fi ġlied qalil mal-Pulizija Spanjola

  • Ott 15, 2019 13:34
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas 37 dimostrant indarbu fi ġlied vjolenti mal-pulizija Spanjola viċin l-ajruport ta’ Barcellona wara li l-Qorti Suprema Spanjola issentenzjat lil disa’ separatisti għall-ħabs talli kienu qed jippromwovu illegalment l-indipendenza tar-reġjun tal-Katalunja.

    B’kollox kienu 12-il mexxej separatist katalan li tressqu l-Qorti, b’disgħa minnhom jinstabu ħatja u jingħataw sentenza ta’ priġunerija li tvarja bejn id-disa’ u t-13-il sena għar-rwoli tagħhom fl-attentat tar-reġjun li jiddikjara l-indipendenza mill-bqija tal-pajjiż sentejn ilu.

    Intant din l-aħbar ma niżlitx tajjeb ma’ persuni li jissimpatizzaw mal-kawża Katalana, b’dimostranti jinżlu fit-toroq f’diversi postijiet fir-reġjun.

    F’Ottubru tal-2017 il-Gvern Katalan kien organizza referendum għall-indipendenza tar-reġjun, liema referendum huwa meqjus bħala illegali taħt il-liġi Spanjola. Minkejja li l-pulizija Spanjola ppruvaw jwaqqfu l-iżvolġiment tar-referendum, l-organizzaturi qalu li 43% tar-residenti Katalani pparteċipaw fir-referendum, b’90% minnhom jisħqu li jridu l-indipendenza tar-reġjun mill-bqija tal-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0