Il-Qorti tisma' kif ġuvni li seraq għad-drogi joħroġ mill-vizzju

  • Ott 15, 2019 12:48
  • Miktub minn iNews
"

    Maġistrat li semgħet raġel jammetti li seraq minn karozza poġġietu taħt ordni ta' probation wara li rnexxielu jegħleb il-vizzju tad-droga.

    Ir-raġel, li għandu 35 sena, ammetta quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li fis-26 ta' Marzu 2016 seraq min Peugeot ipparkjata fl-Imsida b'dannu għal Ivan Micallef.

    Huwa ammetta wkoll li waqt is-serqa ikkaġuna ħsara fl-imsemmija vettura, li kellu fil-pussess tiegħu l-eroina kif ukoll li kiser diversi sentenzi tal-Qrati ta' Malta.

    Qabel tat is-sentenza l-Maġistrat Demicoli qieset ir-rapport tal-Bord tar-Rijabilitazzjoni ta' Persuni li Nqabdu bid-Droga fejn dan esprima s-sodisfazzjon tiegħu li Cutajar kien temm il-kors ta' rijabilitazzjoni b'suċċess.

    Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u Lara Butters.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0