Il-vittmi ta’ Hagibis jitilgħu għal mill-inqas 66

  • Ott 15, 2019 11:30
  • Miktub minn iNews
"

    In-numru tal-vittmi tat-Tifun Hagibis fil-Ġappun, l-agħar wieħed li laqat lill-pajjiż f’għexieren ta’ snin, issa tela’ għal 66 persuna. In-numru jista’ jkompli jiżdied hekk kif mal-ħin qed tkompli tonqos it-tama li jinstabu ħajjin dawk il-persuni rapportati neqsin.

    Ix-xandar nazzjonali NHK illum qal li 15-il persuna għadhom rapportati neqsin wara li Hagibis laqas liċ-ċentru u lil-Lvant tal-Ġappun nhar is-Sibt bil-lejl. It-tifun ħalla wkoll ’il fuq minn 200 persuna midrubin.

    L-agħar li ntlaqtet kienet Fukushima, bix-xmara Abukuma toħloq għargħar kbir li wasslet biex mietu mill-inqas 25 persuna. NHK qed tirrapporta li l-biċċa l-kbira tal-vittmi huma anzjani.

    Eluf ta’ pulizija, gwardji tal-kosta, ħaddiema tat-tifi tan-nar, u truppi huma involuti fl-operazzjonijiet ta’ salvataġġ, bi ftit tama li jinstabu ħajjin dawk il-persuni li għadhom neqsin.

    Hagibis ħalla wkoll kaos wara li kważi 138,000 residenza spiċċaw bla provvista ta’ ilma, b’24,000 oħrajn mingħajr provvista tal-elettriku.

    Intant il-Gvern Ġappuniż wiegħed li se jkun qed jipprovdi għajnuna finanzjarja lir-reġjuni affettwati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0