Il-GTA tilqa’ b’mod pożittiv il-Baġit… jippromwovi t-tkabbir fit-turiżmu f’Għawdex

  • Ott 15, 2019 10:58
  • Miktub minn iNews
"

    L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu Għawdxija temmen li b’mod ġenerali l-baġit kien jirrifletti t-tkabbir ekonomiku f’diversi setturi fil-gżejjer Maltin, fosthom fl-industrija tat-turiżmu li matul din is-sena mistenni jattira 2.7 miljun turist. 

    L-Assoċjazzjoni qalet li l-proposti li ressqet kienu kollha mmirati lejn miżuri fiskali, inċentivi lejn swieq partikolari u titjib fil-prodott turistiku. 

    Madankollu, l-assoċjazzjoni tinnota li filwaqt li ma ġew introdotti ebda miżuri fiskali lejn l-industrija tat-turiżmu Għawdxija, fl-istess waqt laqgħet il-miżura li jitwaqqaf fond għan-negozju tal-konferenzi f’Għawdex bħalma suġġerit minnha.

    Fl-istqarrija, faħħret ukoll l-aħbar tar-raba’ bastiment għall-Gozo Channel li wkoll kienet proposta li semmew, il-bini tat-triq ta’ Marsalform u l-investiment fl-attivitajiet kulturali.

    Għalhekk, il-GTA tħoss li permezz ta’ dan il-baġit il-Gvern se jkun qed jippromwovi aktar tkabbir fis-settur turistiku fuq il-gżira Għawdxija. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0