UNICEF: Wieħed minn kull tlett itfal ma jirċevix ikel tajjeb

  • Ott 15, 2019 10:40
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Rapport globali tal-UNICEF juri li mal-200 miljun tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin ma jingħatawx nutrizzjoni addattata. L-esperti qegħdin jgħidu li dan qed ipoġġi l-futur tal-umanità fir-riskju. 

    Terz tal-popolazzjoni ta’ 700 miljun tifel u tifla madwar id-dinja jsofru minn nutrizzjoni ħażina, kemm fil-forma ta’ nuqqas ta’ ikel, kif ukoll minħabba obeżità. Dan joħroġ mir-rapport tal-UNICEF dwar l-istat tat-tfal tad-dinja. Għall-ewwel darba mill-1999, ir-rapport jiffoka fuq l-ikel u n-nutrizzjoni tat-tfal.  

    Ir-rapport juri kif illum it-tfal fil-pajjiżi foqra u dawk b’pagi medji huma mikulin minn problemi tas-saħħa li kienu jeżistu biss fl-aktar pajjiżi foqra jew sinjuri. Nofs it-tfal isofru minn dak li l-UNICEF isejjaħlu “ġuħ moħbi”, kundizzjoni fejn it-tfal ma jkunux qegħdin jiksbu l-vitamini, minerali u nutrijenti oħra essenzjali. 

    Jiżvela wkoll li madwar 50 miljun tifel u tifla jsofru minn tip ta’ rquqija li hi kkawżat mill-faqar. Ma’ dawn hemm ukoll 149 miljun tifel u tifla taħt l-età ta’ erba’ snin li ma kibrux biżżejjed jew inkella huma wisq qosra għall-età tagħhom. Dan minkejja li din il-problema naqset bi kważi 40% bejn l-1990 u l-2015. Din l-istess kundizzjoni tista’ anke twaqqaf l-iżvilupp kemm fil-moħħ u anke fil-ġisem. 

    Skont ir-rapport, kważi 45% tat-tfal bejn l-etajiet ta’ sitt xhur u sentejn ma jiġux mitmugħin xi ħaxix jew frott, Filwaqt li kważi 60% ma jiħdux la bajd, la ħalib, la ħut u lanqas laħam. 

    Huma l-pajjiżi Afrikani u tan-nofsinhar tal-Asja li għandhom l-ogħla rati ta’ tfal taħt l-età ta’ ħames snin li jsofru minn problemi fejn ma jikbrux sew jew inkella jkollhom piż żejjed. L-agħar riżultati huma fil-Papua New Guinea u fl-Eritrea fejn aktar minn 60% tat-tfal mhumiex jikbru sew. 

    Meta wieħed janalizza l-gruppi kollha tal-etajiet, jirriżulta li aktar minn 800 miljun persuna jinsabu dejjem bil-ġuħ, filwaqt li żewġ miljuni oħra qegħdin jieklu wisq ikel li mhux tajjeb għas-saħħa. 

    Filwaqt li l-obeżità ma kinitx teżisti fil-pajjiżi l-foqra madwar 30 sena ilu, issa jidher li l-aċċess għall-junk food, wassal biex mill-inqas 10% tat-tfal taħt l-età ta’ ħames snin qegħdin jitqiesu li għandhom piż żejjed jew għandhom obeżità fi tliet kwarti tal-pajjiżi li għandhom pagi baxxi. Globalment, hemm mal-40 miljun tifel u tifla li għandhom piż żejjed jew isofru minn obeżità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0