Atletika: Brigid Kosgei tikser ir-rekord tal-maratona femminili

  • Ott 15, 2019 00:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kenjana Brigid Kosgei kisret ir-rekord tad-dinja tal-maratona femminili li kien ilu jeżisti 16-il sena mwaqqaf mill-Britannika Paula Radcliffe hekk kif hija żammet it-titlu tagħha f’Chicago.

    L-atleta ta’ 25 sena, irrekordjat il-ħin ta’ sagħtejn, 14-il minuta u 4 sekondi, biex tejbet faċilment il-marka ta’ 2:15:25 li Radcliffe rrekordjat fil-Maratona ta’ Londra 2003.

    B’hekk il-Kenjana żiedet mar-rebħa li kisbet f’Londra aktar kmieni din is-sena meta spiċċat fil-ħin ta’ 2:18:20 biex saret l-iżgħar rebbieħa tat-tellieqa.

    It-tieni u t-tielet postijiet ġew mimlijin minn żewġ atleti mill-Etijopja, Ababel Yeshaneh, 6 minuti u 47 sekondi wara, u Gelete Burka fil-ħin ta’ 2:20:51 rispettivament.

    Kienu 22 atleti biss fit-tellieqa tal-irġiel iktar veloċi minn Kosgei, li l-ħin tagħha kien ikun rekord tad-dinja tal-irġiel fl-1964.

    Il-Kenjana, li s-sena l-oħra rebħet f’2:18:35, stqarret: “Qed inħossni tajba u kuntenta għax ma kontx qed nistenna li se niġri bħal din.”

    Il-ħin ta’ Radcliffe tal-2003 kien l-iktar rekord li dam jeżisti tal-maratona kemm minn irġiel kif ukoll min-nisa minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn.

    L-ex champion tad-dinja kienet fuq il-linja tat-tmiem f’Chicago biex issegwi l-wirja rimarkabbli ta’ Kosgie u kienet fost tal-ewwel li marret tifirħilha.

    “Meta fl-ewwel nofs rajt kemm Brigit kienet qed tiġri veloċi kont naf li se tikser ir-rekord,” qalet Radcliffe.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0