L-MMF sodisfatta li l-gvern se jagħmel il-pass li jmiss biex titwettaq il-ħolma tad-dilettanti

  • Ott 14, 2019 22:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Malta Motorsport Federation (MMF) fi stqarrija maħruġa minnha esprimiet is-sodisfazzjon tagħha wara li l-gvern reġa' għal darb’oħra ikkonferma li qed ikun qed jagħmel il-pass li jmiss biex iwettaq il-proġett tant mistenni minn ħafna dilettanti tal-isport tal-Motorsport, jiġifieri il-progett tant mistenni tat-Trakka tal-Karozzi. 

    Dan il-pass sar wara sensiela ta’ laqgħat intensivi kemm ma’ l-Onor Clifton Grima, kif ukoll ma’ entitajiet governattivi li uffiċċjali tal-Malta Motorsport Federation kellhom biex seta' sar l-analizi u l-istudju neċessarju biex jagħti direzzjoni iktar ċara lil Gvern fuq din il-wegħda elettorali. 

    Kif għamlet fis-snin li għaddew, il-Federazzjoni ser tkompli toffri s-sapport totali lill-gvern biex fis-sena li ġejja, jagħmel dawk il passi konkretti li jmiss b’mod ċar ħalli din il-ħolma ta’ ħafna snin titwettaq mingħajr aktar dewmien għad-detriment tal-ħafna dilettanti u ghal-izvilupp ta dan is-Sport. 

    Il-Federazzjoni tistqarr li ma kienetx sodisfatta li proposti oħrajn minuri li ressqet ma ġewx inklużi, proposti li setgħu kienu ta’ għajnuna temporanja sakemm jitwetttaq il-proġett proprju tat-Trakka tal-Karozzi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0