Delia: “Baġit li ma solva xejn mill-problemi li ħoloq il-Gvern stess”

  • Ott 14, 2019 22:28
  • Miktub minn iNews
"

    F’konferenza tal-aħbarijiet fejn ta l-ewwel reazzjoni tiegħu għall-Baġit għas-sena li ġejja, il-Kap Nazzjonalistau tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li dan huwa baġit li ma solva xejn mill-problemi li ħoloq il-Gvern stess.

    Filwaqt li qal li dan huwa baġit xott, huwa wieħed ikkaratterizzat minn wegħdiet riċiklati li ma twettqux fis-snin li għaddew.

    Fost oħrajn il-Kap Nazzjonalista qal li dan il-baġit ma jsolvix il-problema tal-għoli tal-ħajja li n-nies qed jitkellmu dwarha. “Jekk effettivament naraw iż-żieda proposta mill-Gvern, din mhix se tkun qed tagħmel tajjeb għaż-żieda effettiva ta’ kemm żdiedet ix-xirja ta’ ġimgħa.”

    Delia saħaq ukoll li dan il-baġit bl-ebda mod ma jipproponi soluzzjoni fir-rigward tal-kirjiet u kif eventwalment din tista’ tittaffa għall-koppji li jambixxu li jikru proprjetà.

    Huwa rreferae wkoll għall-problema tat-traffiku, fejn saħaq li fil-baġit m’hemm l-ebda ħjiel ta’ kif se nkunu qed inlaħħqu maż-żieda ta’ 28,000 vettura fis-sena fit-toroq ta’ pajjiżna u kif eventwalment se nkunu qed intaffu l-problema tat-traffiku li tali żieda ta’ vetturi se tkun qed iġġib magħha.

    Delia rrefera wkoll għall-kwistjoni tat-tniġġis fl-arja, fejn saħaq li anke dwar dan l-aspett il-baġit huwa wieħed xott mill-proposti.

    B’referenza għas-settur finanzjarju u bankarju, il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna li dan il-baġit ma jagħmel xejn biex jirranġa r-reputazzjoni ta’ pajjiżna li therriet minn dan il-Gvern. “Fid-dokument tal-Baġit m’hemm l-ebda proposta jew soluzzjoni dwar kif se tkun qed tissolva din il-problema u kif se jkun qed jattira istituzzjonijiet finanzjarji ġodda lejn pajjiżna.”

    Huwa sejjaħ lill-Gvern bħala li huwa bla viżjoni, bil-baġit ma jagħmel l-ebda indikazzjoni dwar kif se jkun qed ikattar setturi ekonomiċi ġodda. “Id-dokument tal-baġit ma joffri l-ebda alternattiva għal tkattir ekonomiku bbażat fuq l-importazzjoni ta’ barranin li qed jitħaddmu fil-biċċa l-kbira minnhom fil-prekarjat.”

    Huwa attakka wkoll lill-baġit fir-rigward tal-edukazzjoni, fejn saħaq li dan il-baġit ma joffri l-ebda inċentiva għall-edukaturi li huma l-inqas imħallsin fl-Ewropa.

    L-istess ukoll dwar il-middle class, bil-baġit ma jsemmi l-ebda proposti li se jkunu qed jaġevolawha.

    Huwa rrefera għall-pensjonanti, b’Delia jisħaq li m’hemm l-ebda serħan tal-moħħ kif il-pensjonijiet jistgħu jkunu sostenibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0