“Baġit ta' kontradizzjonijiet”

  • Ott 14, 2019 22:26
  • Miktub minn iNews
"

    Alternattiva Demokratika (AD) fissret il-baġit bħala wieħed mibni fuq il-kontradizzjonijiet.

    Hija faħħret iż-żieda fil-pensjonijiet imma fl-istess ħin ikkritikat lill-Gvern talli naqas li jirrevedi l-mekkaniżmu kif il-paga tirrifletti l-ħtiġijiet tal-lum u saħqet li f'dan il-kuntest it-tnaqqis fit-taxxa fuq is-sahra hu insinifikanti.

    L-AD akkużat lill-Gvern li ma iddikjarax moratorju fuq il-kostruzzjoni tal-pompi tal-petrol waqt li semmiet kif il-proġetti tal-infrastruttura tat-toroq li qed isiru se jżidu l-karozzi.

    Hija qalet li l-miżuri dwar il-klima mhux se jkunu effettivi jekk ikun hemm biżibilju inċentivi favur aktar żvilupp u saħqet li l-Gvern missu ħabbar investiment massiċċ biex itejjeb is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0