Il-Vatikan sfurzat jiċħad li l-Papa poġġa mistoqsijiet dwar id-divintà ta’ kristu

  • Ott 14, 2019 15:08
  • Miktub minn iNews
"

    Franġisku poġġa mistoqsi­jiet dwar id-divinità ta’ Kristu, filwaqt li insista li l-kummenti ppubblikati minn ġurnalist Taljan “ma kinux leali lejn dak li verament qal il-Papa”.  Matteo Bruni, li huwa kelliemi għall-Vatikan, qal li kull kelma li l-ġurnalist Eugenio Scalfari poġġa fil-virgoletti meta “kkwota lill-Papa” ma kinux verament dak li qal il-mexxej spiritwali iżda “interpretazzjoni personali u ħielsa ta’ dak li sema’”. 

    Din l-istqarrija mill-Vatikan ħarġet wara li Scalfari, li għandu 95 sena, kiteb kolonna fuq La Repubblica u fiha qal li “Papa Franġisku jara lil Kristu bħala Ġesù ta’ Nazareth, raġel, u mhux Alla inkarnat”. F’dan l-artiklu, Scalfari – li hu magħruf li ma jiħux noti fl-intervisti tiegħu – ma qalx li hu tkellem mal-Papa Franġisku riċentament, iżda qal li hu kien iddiskuta dan miegħu. Li kieku verament il-Papa għamel kumment bħal dan, hu jkun qiegħed jikkontradixxi t-twemmin Kattoliku. 

    Din mhix l-ewwel darba li Scalfari ħoloq kontro­versja. Darba minnhom dan il-ġurnalist kien qal li Papa Franġisku kien innega l-eżistenza tal-infern – ħaġa li għal darb’oħra l-Vatikan kien kostrett li jiċħad. Wara hu kien qal li ċertu kwotazzjonijiet li kien poġġa fl-artiku ma’ kinux tal-Papa. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0