Jingħata kumpens ta' €4 miljun wara li ntbagħat il-ħabs intortament

  • Ott 14, 2019 13:02
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel li ntbagħat 19 -il sena ħabs intortament b’rabta mal-każ tal-qtil ta’ uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija Awstraljana ngħata kumpens ta’ madwar €4 miljun.

    David Eastman rċieva sentenza ta’ għomor il-ħabs fl-1995 wara li nstab ħati bil-qtil ta’ Colin Winchester li kien seħħ sitt snin qabel.

    Aktar tard il-Qorti ddeċidiet li l-imputat ma kellux smigħ xieraq u nħeles wara t-tieni smigħ tal-każ.

    Aktar qabel Eastman li għandu 74 sena rrifjuta kumpens ta’ aktar minn €2.5 miljun għax qal li minħabba l-akkużi fil-konfront tiegħu huwa kien tilef l-opportunità li jkollu familja u karriera.

    Barra minn hekk matul il-perjodu li fih kien il-ħabs huwa tilef lil ommu u żewġ aħwa iżgħar minnu.

    Skont kliem l-avukat tiegħu Sam Tierney, “Huwa tilef parti sostanzjali minn ħajtu”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0