Malta Air it-tieni l-akbar grupp f'Ryanair Group

  • Ott 13, 2019 18:57
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar minn 50 ajruplan użati fl-operazzjonijiet ta’ Ryanair group ser ikunu qegħdin irreġistrati fuq il-kumpanija ibbażata Malta, Malta Air. Dan ifisser li aktar ajruplani tat-tip Boeing 737 ser ikunu rreġistrati f’pajjiżna u jtajru l-bandiera Maltija madwar l-Ewropa u din il-kumpanja ser tkun it-tieni l-akbar f’Ryanair Group. Uħud minn dawn l-ajruplani ser ikunu bbażati f’Malta, fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Italja.

    Matul din is-sena, it-tkabbir reġistrat fl-operazzjonijiet tar-Ryanair f’pajjiżna kien sostenzjalment akbar minn dak medju madwar pajjiżi oħra. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn il-Grupp Ryanair għandu aktar fiduċja li jinvesti f’pajjiżna, hekk kif l-pajjiż sejjer tajjeb ekonomikament u qiegħed jirreġistra tkabbir rekord wieħed wara l-ieħor.

    Filfatt, bħalissa Ryanair qiegħdin janalizzaw aspetti oħra ta’ investiment f’pajjiżna – hekk kif għandhom bżonn jinvestu aktar f’manutenzjoni u fl-operazzjonijiet tagħhom.

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi wera s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar hekk kif il-Malta Air saret bħala inzjattiva bejn il-Gvern Malti u r-Ryanair. Ftit tax-xhur ilhu il-kumpanija Malta Air ġiet imħabbra hekk kif Ryanair Group xtrat l-isħma f’kumpanija sussidjarja ta’ Malta Med Air li hija liċenzjata biex toffri servizzi b’ajruplani tat-tip Boeing 737.

    Din il-ġimgħa l-Malta Air għamlet l-ewwel  konferenza stampa uffiċċjali tagħha f’pajjiżna hekk kif ħabbret l-iskeda tagħha għas-sena 2020. F’din l-iskeda, l-Malta Air ħabbret total ta’ 66 rotta, b’ 6 rotot ġoddaa għal din is-sena, dawk ta’ Brindisi, Nis, Paphos, Santiago de Compostela u Trieste. Dan ifisser li n-netwerk tar-Ryanair b’din l-iskeda ser ikun żdied b’6%.

    Il-Ministru Konrad Mizzi qal li matul is-sajf li ġej, ser inkunu qegħdin naraw l-ewwel ajruplani bil-kuluri tal-Malta Air joperaw minn pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0