L-Isqof Mons. George Bugeja mistieden tal-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni

  • Ott 13, 2019 17:46
  • Miktub minn iNews
"

    L-E.T. Mons George Bugeja OFM, Vigarju Appostoliku ta’ Tripli, Isqof Titulari ta’ San Leone u Amministratur Appostoliku ta’ Tripli fil-Libja, nhar il-Ħadd filgħodu 13 ta’ Ottubru qaddes fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta fuq stedina tal-Fondazzjoni Papa Gwanni Pawlu t-Tieni bħala parti miċ-ċlebrazzjonijiet li qed isiru biex ifakkru l-mitt sena minn twelidu u t-30 anniversarju mindu dan l-Papa Pollakk  kien żar il-gżejjer Maltin. 

    Intagħżlet din il-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu għaliex dan il-Prelat tal-Knisja  kien devot tal-Madonna tal-Karmnu u kien iġorr dejjem fuqu l-iskapular.  Ikkonċebra miegħu Fr Alex, il-Pirjol tal-Karmnu waqt li animaw il-quddiesa Vince Fabri u l-Puse’.  Fl-omelija tiegħu l-Isqof  ħa spunt mill-Vanġelu tal-ġurnata fejn minn għaxar lebbrużi li fiequ, wieħed biss mar lura biex jgħid ‘grazzi’ lil Gesu.  Il-Predikatur qal kemm hu mportanti li nużaw iktar ta’ spiss din il-kelma qasira ‘grazzi’ għax il-gratitudni saret rari wisq.  Lejn tmiem il-quddiesa patri Pirjol radd ħajr lil Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni għal din l-nizjattiva u lill-Isqof li kien qed iżur lil dan is-Santwarju. Il-Kav Joe M Attard qara l-poeżija tiegħu Addio Carol  li huwa kien kiteb hekk kif kienet  tħabbret il-mewt tal-Papa mill-Polonja. 

    Għal min ma jafx, Mons Bugeja OFM tal-Patrijiet Minuri twieled ix-Xagħra Għawdex fl-1 ta’ Lulju 1962  u kien ordnat Saċerdot  fil-5 ta’ Lulju 1986.  Fl-10 ta’ Lulju 2015 inħatar Isqof Koadjutur u ikkonsagrat Isqof fis-Santwarju Ta’ Pinu fl-4 ta’ Settembru 2015.  Beda l-Ministeru tiegħu fi Tripli fit-23 ta’ Otubru 2105 bħala isqof Koadjutur u Vigarju Generali; fil-5 ta’ Frar 2017  hwa sar il-Vigarju Appostoliku ta’ Tripli fejn kif qalli hu, il-ħajja mhi xejn faċli.    

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0