Il-Pakistan se jkun il-medjatur fit-taħditiet bejn l-Iran u l-Arabja Sawdita

  • Ott 13, 2019 15:27
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pakistan se jkun qed jagħmel minn kollox biex jinżammu taħditiet bejn ir-rivali reġjonali tal-Iran u l-Arabja Sawdita. Dan qalu l-Prim ministru tal-Pakistan Imran Khan waqt żjara f’Tehran, fejn żied jgħid li nhar it-Tlieta li ġej se jkun qed jivvjaġġa lejn l-Arabja Sawdita.

    “Il-Pakistan ma jridx li jkun hemm kunflitt bejn l-Iran u l-Arabja Sawdita. Għalhekk se nkun qed niffaċilita t-taħditiet bejn Tehran u Riyadh. Ninsab fiduċjuż dwar l-eżitu ta’ dan hekk kif diġà kelli taħditiet pożittivi mal-President iranjan,” saħaq Khan f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-President Iranjan Hassan Rouhani.

    Khan wasal f’Tehran aktar kmieni llum, u aktar tard mistenni li jiltaqa’ mal-Mexxej Suprem Iranjan, l-Ayatollah Ali Khameini.

    Khan qal li x-xahar li għadda kemm l-Istati Uniti u kif ukoll l-Arabja Sawdita talbuh biex ikun medjatur mal-Iran bil-għan li s-sitwazzjoni fil-Golf terġa’ tikkalma.

    Il-Pakistan għandu relazzjonijiet tajba mal-Arabja Sawdita, b’madwar 2.5 miljun persuna ta’ nazzjonalità Pakistana tgħix u taħdem fir-renju Għarbi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0