Tkompli tikber il-pressjoni fil-konfront tat-Turkija biex iwaqqaf l-operazzjoni militari kontra l-Kurdi

  • Ott 13, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-Renju Unit talbet lit-Turkija biex twaqqaf l-offensiva tagħha fis-Sirja hekk kif Franza u l-Ġermanja waqqfu l-bejgħ tal-armi lill-Gvern Tork hekk kif qed tkompli tikber il-pressjoni mill-komunità internazzjonali dwar l-invazjoni tal-armata Torka fis-Sirja.

    Is-sospensjoni tal-armi ġiet fis-seħħ hekk kif il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson talab f’telefonata mal-President Tork Tayyip Erdogan biex Ankara twaqqaf l-offensiva. Dan filwaqt li l-istati Uniti qalet li se tkun qed timponi sanzjonijiet jekk l-operazzjoni militari Torka ma titwaqqafx.

    L-Unjoni Ewropea mistennija li tħabbar rispons kordinat għall-attakki wara laqgħa tal-kumitat għall-affarijiet barranin li se jkun qed jiżvolġi għada.

    Madankollu t-Turkija ma wriet l-ebda ħjiel li se tkun qed twaqqaf l-operazzjoni militari hekk kif matul il-jum tal-lum kompla l-bumbardament ta’ bliet mal-fruntiera tal-pajjiż. Fi ftit jiem diġà mietu aktar minn 200 persuna, il-biċċa l-kbira tagħhom ċivili. Dan filwaqt li mal-130,000 Kurd kienu kostretti jaħarbu minn dharhom.

    Il-Gvern ta’ Erdogan qed jakkuża lill-Kurdi li huma terroristi u qal li jrid li joħroġhom minn żona ta’ sigurtà li testendi sa 30 kilometru fis-Sirja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0