Żieda ta’ 50.4% fl-użu ta’ trasport pubbliku

  • Ott 13, 2019 09:44
  • Miktub minn Victor Vella
"

    It-trasport pubbliku fl-aħħar ġimgħat kompla jżid l-ammont ta’ passiġġieri li jużawh. Filfatt ninsabu informati li xahar wara xahar iż-żidiet li qed jinħassu huma sostanzjali. Infurmat li fix-xahar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien hemm żieda ta’ 6.5% fil-passiġġieri tat-trasport pubbliku meta wieħed jikkumpara mas-sena l-oħra. Din is-sena, minn Jannar sa’ Awwissu, b’total ta’ aktar min 37 miljun passiġġier li użaw dan is-servizz, kien hemm żieda ta’ 50.4% fil-passiġġiera meta kkumparat mal-2011.

    Kien ftit tax-xhur ilu  meta il-Gvern ħabbar investiment ta’ €9 miljun fil-flotta ta’ tal-linja – 40 vettura ġdida li jniġġsu anqas u li huma aktar komdi. Din kienet żieda li fissret li s-servizz tat-trasport pubbliku ser ikun jista’ iġorr 4 miljun aktar passiġġiera fis-sena. 

    Irridu niftakru li waħda mill-inizjattivi li niżlet tajjeb ħafna f’pajjiżna hija l-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn għaż-żgħażagħ. Din l-iskema bdiet fis-sena 2017 fejn il-Gvern ħabbarha għall-ewwel darba fil-baġit ta’ dik is-sena, u tħabbar li filfatt dan is-servizz kien ser ikun mingħajr ħlas għaż-żgħażagħ kollha li kellhom 18-il sena. Dik is-sena gawdew minn dan il-benefiċċju 5,000 żagħżugħ u żagħżugħa, b’total ta’ aktar minn €250,000 f’rifużjonijiet ta’ kreditu min-naħa tal-Gvern. Sena wara, fl-2018 l-Gvern ħabbar li din l-inizjattiva kienet ser tkun estiża għal dawk kollha li kellhom bejn 16 u 20 sena u dan fisser li ngħatat għajnuna finanzjarja lil 26,000 żagħżugħ u żagħżugħa, żgħażagħ studenti, żgħażagħ li kienu għadhom deħlin fid-dinja tax-xogħol. Dawn iż-żgħażagħ gawdew minn aktar minn 5.2 miljun vjaġġ matul dik-sena b’investiment ta’ €2.2 miljun mill-Gvern. 

    Fil-baġit li għadda, din l-iskema kompliet titwessa’ biex ikunu jistgħu jgawdu minnha aktar nies u filfatt infetħet għal dawk kollha bejn 14 u 20 sena kif ukoll għall-istudenti ta’ 21 sena u ‘l fuq li huma studenti full-time. Din l-iskema qed terġa’ tħalli l-frott għaliex filfatt minn Jannar sa Awwissu aktar minn 34,000 żagħżugħ, żagħżugħa, student u studenta ibbenefikaw minn vjaġġi b’xejn. Dan ifisser li 13.3% tal-vjaġġi kollha li saru bit-trasport pubbliku matul dan il-perjodu saru b’xejn. 

    F’kumment dwar dawn il-figuri, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg spjega kif il-Gvern huwa sodisfatt b’dawn in-numri imma fl-istess waqt jaf li baqa’ xi jsir biex l-użu jkompli jiżdied. “Minbarra l-investiment fi flotta aktar komda u f’rotot aktar frekwenti u anke dawk ġodda, konxji li rridu nkomplu naħdmu favur titjib fis-servizz. Anke hawn saru  passi kbar imma nafu li rridu nkomplu naħdmu aktar – għandna numru rekord ta’ 53.4 miljun passiġġier li użaw dan is-servizz fis-sena 2018, figura li tfisser li l-użu ta’ dan is-servizz kważi rdoppja mis-sena 2011. Dan is-servizz ġarr 150,000 passiġġier kuljum matul is-sena l-oħra - il-Gvern għamel diversi riformi li għenu biex nilħqu dawn ir-riżultati, fosthom l-introduzzjoni ta’ tallinja card li qed tintuża mill-maġġoranza tal-passiġġiera u għalhekk għandna l-element ta’ użu ripetut kif ukoll Wi-fi b’xejn fuq tal-linja. L-isfida li jmiss hija li nkomplu ninvestu biex tiżdied il-kapaċità ta’ dan is-servizz għaliex nemmnu li huwa wieħed mis-soluzzjonijiet minn katina ta’ ħafna oħrajn u jibqa’ mezz importanti, alternattiv u sostenibbli għal pajjiżna.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0