Il-White House tikkunsidra de-listing ta’ kumpaniji Ċiniżi

  • Ott 12, 2019 20:34
  • Miktub minn iNews
"

    Il-White House qed tikkunsidra li ma tippermettix iktar kumpaniji Ċiniżi biex jinnegozjaw fuq il-boroż Amerikani, bħala parti mill-isforzi biex jitnaqqas l-investiment Amerikan fiċ-Ċina. Hu mifhum li l-Istati Uniti qed tikkunsidra wkoll li tillimita fondi ta’ pensjoni tal-Gvern biex jipparteċipaw fis-swieq Ċiniżi. 

    Hemm aktar minn 150 kumpanija Ċiniża llistjata fuq il-Boroż ewlenin fl-IStati Uniti, b’valur tas-suq ta’ aktar minn 1.2 triljun dollaru. Il-kritika kontrihom ġejja anke minn esponenti politiċi, fosthom is-Senatur Amerikan Marco Rubio li jargumenta li l-investituri Amerikani jitpoġġew f’riskju għaliex id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom ma jiġux awditjati mir-regolaturi Amerikani. Waħda mill-proposti li qed tissemma’ hija li l-kumpaniji jitneħħew mill-Boroż Amerikani jekk ma jipprovdux id-dikajrazzjonijiet finanzjarji tagħhom lir-regolaturi Amerikani fi żmien tliet snin.

    Kull tip ta’ pjan simili irid ikun approvat mill-President Amerikan Donald Trump. Għalkemm s’issa jidher li hu mhux kontra diskussjoni dwar dan, rapporti fil-media taw x’jifhmu li ebda azzjoni m’hi imminenti.

    Mal-ħruġ ta’ din l-aħbar kien hemm tnaqqis fl-ishma ta’ bosta kumpaniji Amerikani ewlenin. Kumpaniji Ċiniżi llistjati fl-Istati Uniti, fosthom ismijiet kbar bħal Alibaba u JD.com irreġistraw tnaqqis qawwi, b’dawn it-tnejn jonqsu b’aktar minn 5%.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0