Il-Ministeru għal Għawdex b’impenn favur il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin inkluż perusni neqsin mis-smigħ

  • Ott 12, 2019 20:07
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni tal-Gozo Association for the Deaf fejn 22 student temmew b’suċċess kors fil-lingwa tas sinjali, il-Ministru għal Għawdex Justyne Carauna qalet li pajjiżna tella’ ’l fuq l-aġenda tal-persuni neqsin mis-smigħ. Fakkret kif il-Gvern irrikonoxxa uffiċjalment il-lingwa tas-sinjali Maltija permezz ta’ liġi u waqqaf kunsill apposta. Dan apparti l-fatt li f’pajjiżna twaqqaf servizz ta’ interpreti tal-lingwa tas-sinjali fi ħdan l-aġenzija sapport.

     

    Il-Ministru Justyne Caruana qalet li kien ta’ sodisfazzjon li l-Ministeru għal Għawdex provda l-fondi biex qed jiġu ffinanzjati l-korsijiet fil-lingwa tas-sinjali kif ukoll diversi inizjattivi oħra li qed twettaq il-GAD.

     

    It-teknologija hija aspett importanti wkoll u allura l-Ministru għal Għawdex ħabbret kif il-Ministeru laħaq ftehim mad-djoċesi ta’ Għawdex biex fil-knejjes f’Għawdex ikollna loop system u diġà qed jitħejja pjan biex ikollna din is-sistema ukoll fi spazji pubbliċi u binjiet pubbliċi.

     

    Il-Ministru Caruana rringrazzjat lill-GAD għall-ħidma kbira li qed twettaq fis-soċjetà Għawdxija b’risq il-persuni neqsin mis-smigħ u assigurat li l-Ministeru għal Għawdex dejjem lest li jgħin u jassisti meta u fejn hemm bżonn biex il-bżonnijiet tal-persuni neqsin mis-smigħ f’Għawdex jiġu indirizzati.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0